GEWWA MANAROLA

L-AKBAR PRESEPJU RICIKLAT FID-DINJA
Din il-belt taljana ghandha l-akbar xena tan-Nativita’ mixghula fid-dinja.
Ir-residenti u l-girien huma kommessi li jiehdu hsieb din l-inizjattiva sabiha biex titgawda minn generazzjoni ghal ohra.
Fil-belt ta’ Manarola, fuq il-kosta tal-punent tat-Tramuntanata’ l-Italja, fil-qalba tal-Park Nazzjonali ta’ Cinque Terre, l-akbar xena tan-Nativita fid-dinja nxteghlet bid-dwal tal-Milied fit- 8 ta’ Dicembru u kompliet tradizzjonali lokali.

Ix-xena tat-Twelid ta’ Manarola, li ddawwal ir-rahal kollu ghal madwar xahar, inholqot minn Mario Andreoli, impjegat tal-ferroviji li llum huwa rtirat.
Andreoli beda’ dan ix-xoghol iebes fl-1961 meta, waqt li kien qed inaddaf il-hanut tax-xoghol tieghu, iddecieda li jirricikla l-materjal mhux uzati billi jibni xena tan-Natività enormi, minflok ma jarmi l-fdalijiet.
Dak li naraw illum huwa r-rizultat ta’ 61 sena ta’ xoghol iebes u passjonat: xena tan-Natività b’aktar minn 300 figura ta’ daqs naturali mdawwal b’aktar minn 1,700 bozza.
Wara l-bidu tal-pandemija tal-koronavirus, zdiedu wkoll statwi li jirrapprezentaw tobba u infermiera.
Il-"kartolina" mill-isbah tattira eluf ta’ turisti lejn art digà famuza ghas-sbuhija naturali taghha.
XENA LI TIRRISPETTA L-EKOLOGIJA
Ix-xena tat-Twelid ta’ Manarola giet inawgurata ufficjalment fl-2007, u dik l-istess sena dahlet fil-Guiness Book of Records bhala l-akbar xena tat-Twelid illuminata fid-dinja.
Is-sena ta’ wara, l-ispettaklu mar "ahdar" minhabba li nbniet sistema fotovoltajka apposta biex tiggenera l-elettriku mehtieg biex l-illuminazzjoni tkun awtosufficjenti.
GHAQDA NATIVITÀ MANAROLA
Ftit snin ilu twaqqfet l -Ghaqda taN-Nativita’ Manarola Mario Andreoli biex tghin lil Andreoli peress li minhabba l-età u problemi ta’ sahha, ghandu xi diffikultà biex ikompli jwettaq il-progett tieghu. Dawn il-membri tal-assocjazzjoni jaghmlu cert li t-tradizzjoni sinifikanti tkompli ghan-nies kollha fl-inhawi, u dawk li jzuruha.


© Copyright CHRISTMAS FORUM