Il-Magi huma grupp ta’ persuni misterjuzi li jinstab fil-Bibbja u wiehed mill-aktar gruppi affaxxinanti ta' nies. Dawn xeghlu l-immaginazzjoni tal-Kristjani matul is-snin u ghadhom jinghaddu stejjer li jippruvaw iwessghu l-prezenza qasira taghhom.
Hawn sitt fatti li juruna min huma u x’nafu dwarhom:
1 IL-MAGI JIDHRU BISS FL-EVANGELJU TA' MATTEW
Mattew biss jirrakkonta l-wasla tal-Magi, maghrufa wkoll bhala "l-ghorrief": Meta twieled Gesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi zmien is-sultan Erodi, xi magi mill-lvant gew Gerusalemm jistaqsu: -“Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Ghax rajna l-kewkba tieghu tielgha, u gejna nqimuh.” . (Mattew 2:1-2)
2 IL-MAGI GEW SNIN WARA T-TWELID TA' GESÙ
Huwa generalment mahsub li l-Magi waslu bejn 1 u 3 snin wara t-twelid ta' Gesù, u dan jaghmel aktar probabbli li l-Familja Qaddisa regghet lura lejn Nazaret minflok ma baqghet Betlehem (fejn kienu vvjaggaw biex jirregistraw ghall-censiment). Dan jikkorrispondi wkoll mal-fatt li r-Re Erod qatel it-tfal maskili ta' sentejn jew taht.
3 MA NAFUX KEMM MAGI GEW
Kif imsemmi hawn fuq, in-narrattiva tal-Evangelju semplicement tghid li, "irgiel ghorrief mill-Lvant" gew biex iqimu lir-Re gdid. It-tradizzjoni tghid li kien hemm tlieta, ibbazata fuq il-fatt li taw lil Gesù tliet rigali. Madankollu, semplicement ma nafux, u seta' kienu aktar.
4 AHNA WKOLL MA NAFUX L-ISMIJIET TAGHHOM
Il-Patri Dwight Longenecker, fil-ktieb tieghu The Mystery of the Magi, jispjega li l-ismijiet li bihom nafu lill-Magi gew hafna aktar tard fl-istorja:
L-Excerpta Latina Barbari miktuba f'Alessandrija, isejhulhom Bithisarea, Melichior u Gathaspa jew kif nafuhom, Balthasar, Melchior u Caspar. Zewg sekli qabel, kittieb Sirjan semmihom Hormizdah, Re ta' Persja, Yazdegerd, Re ta' Saba u Perozadh, Re ta' Saba. B'kuntrast, il-Kristjani Sirjaki semmew lill-Magi, Larvandad, Gushnasaph, u Hormisdas. Il-Kristjani Etjopjani sejhulhom Hor, Karsudan, u Basanater, filwaqt li l-Armeni qalu li kien jisimhom Kagpha, Badadakharida u Badadilma. L-ismijiet ma kinux miktuba fil-Bibbja, u ghalhekk l-ewwel Kristjani assenjaw ismijiet lill-Magi biex jippruvaw jizviluppaw l-istorja.
5 MA NAFUX JEKK IL-MAGI KIENUX "REJIET"
Ghal darb'ohra, filwaqt li t-tradizzjoni tghid li l-Magi kienu "tliet rejiet," il-grajja bibblika ma ssemmi xejn dwar ir-regalita’ taghhom Tghid biss li kienu ghorrief.
6 IL-MAGI KIENU MMEXXIJA MINN STILLA
L-Evangelju ta' Mattew huwa car li l-ghorrief gew immexxija lejn Gesù minn stilla li raw fis-sema. Mhux car x'raw il-Magi fil-fatt, izda hafna astronomi jemmnu li kien hemm xi oggett jew fenomenu celesti li fil-fatt mexxihom lejn il-Verita’ u l-Gustizzja.