San Frangisk minn Assisi kien il-pijunier tal-presepju u ried li biex jiccelebra t-twelid ta' Kristu jaghmel minn dan l-avveniment episodju haj ghan-nies u l-fratelli ta' l-ordni tieghu li kienu jghixu madwar l-gholjiet fl-eremitagg gewwa Greccio. U gewwa ghar mixghul bid-dwal tax-xema, irnexxilu johloq ix-xena ta' meta l-Iben t'Alla sar bniedem. In-nies tar-rahal u l-fratelli baqghu mistghagba b'dak li raw quddiem ghajnejhom u hassew gewwa qalbhom fil-ghar ta' Greccio. Gewwa l-ghar huwa qieghed maxtura bit-tiben u ha mieghu baqra u hmara. . U kien bis-sahha ta' dan il-fqir ta' Assisi li l-presepju xtered mhux biss gewwa l-Italja izda fl-Ewropa kollha.

 Maz-zminijiet kull poplu addatta l-presepju ghall-kultura tieghu, izda hi x'inhi l-presentazzjoni tal-presepju, kollha jispiraw l-istess messagg: il-misteru tat-twelid ta' l-Iben t'Alla. Mill-Italja din l-uzanza malajr xterdet fl-Ewropa u kienu l-frangiskani li xettluha gewwa l-Polonja fit-13 il-seklu. Dak li ahna nsejhulu l-presepju tal-Milied, il-Polakki isejhulu "jaselka" li tfisser "ix-xena tan-Nativita'" . Pero' fil-kliem tal-lum il-presepju pollak huwa maghruf bhala "Szopki" ippronunzjata shop-key.

 Dawn il-presepji gie li jilhqu gholi ta' madwar sitt piedi. Huma jinhadmu fuq l-elementi ta' l-arkitettura storika tal-bini pollakk li jinkludi bini barokk, gotiku u rinaxximentali u hafna minnhom jikkompetu f'wirja tradizzjonali gewwa l-pjazzja fejn ir-rebbieha ghal ahjar szopka jinghataw premijiet kbar. Id-dokumenti mizmuma fil-belt ta' Krakovja juru li l-abitanti ta' Krakovja bdew jahdmu presepji ghad-djar taghhom mhux qabel is-17 il-seklu. Il-verzjonijiet tal-presepju mahdum ghad-dar kienu ta' zewg tipi. L-ewwel verzjoni kienet tip ta' dwejra li fiha kienu jpoggu l -figurini tal-Familja Mqaddsa, ir-rghajja u l-magi jgibu l-rigali taghhom tad-deheb, incens u mirra hekk kif deskritta fil-Bibbja.

Din id-dwejra kienet titqieghed gewwa ghar mahdum mill-karti u aktar tard go bini li jirrapresenta xi knisja mahduma mill-injam u karti kuluriti. Dawn il-presepji ghadhom sal-gurnata tal-lum jitpoggew taht xi sigra tal-Milied. Il-verzjoni l-ohra tal-presepju pollakk l-"szopka" huwa l-presepju tal-pupazzi, fenomenu uniku li wiehed jista' isibu biss fil-kultura pollakka, ghaliex barra d-dwejra bil-pasturi l-"szopka" jkollha palk zghir minn fejn tista issir wirja tal-pupazzi li tirrakonta l-istorja tan-nativita'. Dan it-tip ta' presepju kien introdott fil-pajjiz mill-patrijiet fl-ewwel stadju tas-seklu 18 bil-hsieb li joholqu presepju aktar attraenti billi mal-figuri statici jizdiedu ohrajn jiccaqalqu.

 Il-patrijiet taw hajja u vuci lil dawn il-pupazzi biex mhux biss jirrakontaw il-grajja tat-twelid ta' Kristu, izda wkoll stejjer b'varjeta' ta' xeni tad-dahq li jinvolvu persuni komuni f'sitwazzjonijiet ta' kuljum Dawn il-wirjiet tal-patrijiet kienu jattiraw follol fil-knejjes. L-istejjer lajci li kienu jirrakontaw il-puppazzi, meta kien imiss lilhom li jaghmlu dan, tant kienu joholqu dahq li l-awtorita' tal-knisja ra li ma kienx dinjituz li jsiru dawn il-hwejjeg f'post sagru u ghalhekk ipprojbithom. Madankollu dawn il-wirjiet kienu tant popolari li l-istudenti tal-parrocci u ohrajn midhla tal-patrijiet addottaw l-idea barra mill-knisja. Dawn il-wirjiet imbidlu f'kant ta' l-ghanjiet tal-Milied tant popolari fl-irhula tal-Polonja. Dan ir-ritwal ghandu tradizzjoni qadima u ghadu haj matul zmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena meta gruppi ta' kantanti ta' l-ghanjiet tal-Milied jmorru minn dar ghal dar jixtiequ l-awguri sbieh ghas-sena l-gdida wara li jkunu taw il-wirjiet taghhom.

 Dawn il- gruppi sahhew il-wirja bibblika billi nkludew tlett xeni l-ewwel tal-bxara ta' l-anglu lir-rghajja dwar it-twelid tal-Messij, it-tieni wahda tal-Magi joffru r-rigali taghhom u t-tielet xena l-qtil ta' l-innocenti u l-kastig ta' Erodi billi x-xitan jiehu l-ispirtu tar-re fit-telfien ta' dejjem. L-ahhar xena dejjem kien popolari ghaliex kienet toffri gustizzja lil min jaghmel il-hazen anke jekk dan kien re. Meta mbaghad nigu ghall-wirja lajka dawn kienu jimbidlu maz-zmienijiet. Il-protagonisti kienu bosta drabi jirridikulaw id-dghufija tal-poplu u l-izbalji tieghu. Din il-verzjoni tal-presepju tal-pupazzi hija popolari fi Krakovja u ghadha hajja sal-lum. Meta faqqet l-ewwel gwerra dinjija l-presepju tal-pupazzi gie fi tmiemu. Dawk li kienu jibnu dan it-tip ta' presepju bdew jibnu presepji zghar madwar 40 centimetru minghajr hafna tizjin zejjed u palkijiet, biex jinbieghu bhala oggetti ta' tifkira lit-turisti. Pero' f'Dicembru tas-sena 1937 l-awtorita' municipali biex issalva din it-tradizzjoni fi stat ta' agunija habbret kompetizzjoni ghal isbah presepju gewwa Krakovja. Din kellha ssir fil-pjazza tas-Suq Centrali hdejn l-istatwa tal-poeta pollakk, Adam Mickiewicz. Ghaliha dahlu 86 partecipant, haga li nkorragiet lil organizzaturi biex jaghmlu minn din l-attivita wahda annwali. Minn dik is-sena ‘l quddiem, barra minn zmien il-gwerra tas-snin 1939 -1944, din il-kompettizjoni baqghet issir kull sena fl-istess post. Mis-sena 1970 l-ewwel Hamis ta' Dicembru ta' kull sena huwa assenjat lil din l-attivita' li tigbed tant interess u nies.

 Sa minn kmieni filghodu il-kompetituri jiehdu l-presepju taghhom u jqieghduhom hdejn il-monument tal-poeta u jithallew hemm ghall gudizzju tal-poplu sa nofs in-nhar. Ma daqq tat-tromba mill-kampnar tal-Knisja ta' Santa Marija, il-kompetituri jiehdu x-xoghlijiet taghhom u jimxu bihom madwar il-pjazza tas-Suq. Jibda mbaghad ix-xoghol tal-gurija. Ma humiex biss l-adutli li jippartecipaw izda anke tfal kullhadd fil-kategorija tieghu. L-esebituri jaghmlu hilithom biex id-dehra tax-xoghol taghhom tispikka l-arkitettura tal-bini u monumenti pollakki ghalkemm dawn ikunu b'ziediet ohra immaginarji. Fid-diversi pjanijiet tal-presepju taghhom, il-pupazzi hadulhom posthom figurini ohra. Kwazi f'kull presepju ta' Krakovja wiehed jista' jara r-ragel tat-tifi tan-nar li daqq it-tromba biex jaghti l-ahbar lin-nies ta' Krakovja li l-invazjoni tat-Tarari kienet fil-qrib. Dan ir-ragel qalbieni patta b'hajtu ghaliex vlegga ta' l-ghadu nifditlu ghonqu. Karattri ohra ta' eroj pollakki nsibhom ukoll f'dan it-tip ta' presepju, bhalma huma l- Papa Gwann Pawlu II, Nikola Copernicus astronomu, jew lil Lech Walesa.

 Wiehed jibqa' mistghageb bi dettal li fihom dawn il-presepji li jsarrfu xhur ta' xoghol. Ix- "szopki" ivarjaw fid-daqs jibdew minn 6 pulzieri u jibqghu telighin sa sitt piedi. Fihom iqieghdu figurini jiccaqalqu, dwal itetptu u dak kollu li jista jigbed l-attenzjoni ta' gurija sakemm il-pasturi ta' Betlehem huma kollha rapprezentati. Xi uhud minn dawn l-"Szopki" jinbieghu, ohrajn ikollhom ix-xorti li jinzammu fil-muzewijiet li jixtruhom biex izommuhom bhala oggett ta' valur. Fost dawn il-Muzewijiet insemmu lil dak tal-belt ta' Krakovja u lill- Muzew Seweryn Udziela.