Fis-seklu 1700, il-presepju naplitan kien fl-aqwa tieghu. Hareg mill-knejjes fejn kien oggett ta' devozzjoni religjuza biex dahal fid-djar tas-sinjuri u l-aristokrazija u sar oggett mundan. Il-figuri kienu manikini imlibbsa bil-hwejjeg, bl-irjus, idejn u saqajn ta' l-injam mizbugh.

 Ir-re Karlu III kien appassjonat biex jippartecipa personalment flimkien mal-familja tieghu biex ilibbes ir-rghajja u jibni presepju enormi fil-palazz rjali. Meta tela' fuq it-tron ta' Spanja huwa ha mieghu l-presepju kbir b'dak kollu li kien fih u bl-influwenza tieghu ta bidu ghal tradizzjoni ta' presepji ta' l-arti kbira fi Spanja. Fil-knisja ta' Santa Maria del Presepe diga fis-sena 1025 kien hemm presepju kif juri dokument esistenti. Gewwa Amalfi kif jirrakontaw fonti varji fis-sena 1324 kient tezisti il-kappella tal-presepju ta' dar ta' Alagni. Fis-sena 1340 ir-regina Sancia d'Aragona il-mara ta' Roberto d'Angio' tat bhala rigal lil Klarissi presepju ghall-knisja gdida taghhom u l-istatwa tal-Madonna hija esposta fil-Muzew ta' San Martino ta' Napli. Ezempji ohra juru li fis-sena 1478 Pietru u Giovanni Alemanno irregalaw lill-knisja ta' San Giovanni gewwa Carbonara presepju bi tnax-il statwa li l-lum huwa espost gewwa l-Muzew ta' San Martino.

 Presepju iehor ta' l-irham tas-sena 1475 ta' Antonio Rossellino, wiehed jista' jarah gewwa Sant'Anna dei Lombardi. L-arti tal-presepji kompliet tikber tant li bosta artisti wrew hilithom meta hadmu presepji monumentali fl-injam jew irham li huma konservati f'bosta knejjes gewwa l-Italja. L-istruttura tal-presepju klassiku tipresentalna grotta fuq quddiem bir-rghajja jaduraw lil Kristu Tarbija, u l-Angli. Fil-boghod jidhru wkoll rghajja ohra akkumpanjati mill-merhliet taghhom u s-Slaten Magi. Il-presepji tal- Katedral ta' Matera u d-Duomo ta' Altamura ghandhom din l-istruttura li tikkonferma li f'dawk iz-zminijiet dik kienet l-istruttura ta' kif isiru l-presepji.

 Il-bidu ta' nofs 1600

Huwa fl-ewwel nofs ta' 1600 li l-artista beda' johloq il-pasturi. Michele Perrone kien wiehed minn dawn, maghruf sewwa ghal iskultura fl-injam; daqsu kienu jinqalghu z-zewg hutu l-ohra, Anielo u Donato. Ma' dawn ta' l-injam fit-tieni nofs tas-seklu 16 bdew jidhru pasturi mahduma fil-kartapesta izghar fid-daqs rigward dawk ta' qabilhom u ohrajn li kienu manikini ta' l-injam imlibbsa bid-drapp.

 Kienu dawn il-manikini li taw svolta gdida lill-presepju tas-seklu 1700. Dawn kellhom vantagg kbir ghaliex l-artista seta' jaghtihom il-posizzjoni li xtaq hu ghalhekk seta' isebbah ix-xena kif jidhirlu li jkun l-ahjar u l-aktar interessanti. It-tlett mumenti tal-presepju tas-seklu 17 kienu x-xena tat-twelid ta' Kristu imqieghda gewwa stalla, il-bxara t-tajba ta' l-angli lir-rghajja u t-taverna li fih kienu jiccennaw il-vjaggaturi. Taht l-influwenza tar-re, nobbli u sinjuri, l-artista kien imgieghel johloq xeni profani tal-hajja u ambjent u uzanzi Naplitani popolari f'dik l-epoka u jzidhom mal-grupp tas-Sagra Familja. Kienu jintefqu bosta flus biex dawn il-progetti jigu esegwiti minn artisti renomanti u abbli u jkun hemm rghajja mill-isbah. Dan l-avveniment sar skuza biex min jiflah l-aktar juri l-qawwa tieghu ta' kultura u rikkezza. L-istatwi jew figurini immodellati fit-tafal u mizbugha bis-sengha bl-ghajnejn tal-hgieg, l-arti fl-injam, il-korp li permezz ta' fil irqieq tal-hadid seta' jkun flessibli kif l-artist xtaqu, kienu mlibbsa l-ahjar drapp ta' pregju u dawk li kienu jirrapresentaw persunaggi mportanti kellhom ilbieshom mehjut minn materjal prezzjuz, mizjuda b'hagar u perli prezzjuzi.

 Gojelliera u argentiera kienu mqabbda biex jahdmu l-armi, strumenti muzikali, u ornamenti ohra fic-cokon li kienu jappartienu lill- korteo tas-slaten magi. Il-frott u l-ikel fuq l-imwejjed jew li kienu kunsmati fit-taverni kienu mahduma bix-xena kulurita. Dawn l-istatwetti mahduma mill-ahjar nies tas-snajja kienu jiswew fortuna. Jinghad li familji nobbli sabu rovina ma' wicchom biex jaghmlu presepju li jhabbatha ma' dak tar-re u jkun jixraq li fi zmien il-Milied il-presepju ikollu vizita rjali.

 Ix-xeni

 Ix-xeni tal-presepju kienu varji matul is-snin imma baqghu fidili lejn il-qdusija tat-twelid tal-Messija. Dawn kienu jiffiguraw tlett episodji, it-twelid fil-grotta stalla bil-Madonna bil-qieghda fuq gebla u San Guzepp gharkubtejh . It-tieni xena hija dik ta' l-Anglu li fi strixxa dawl jwassal l-ahbar lir-rghajja. It-tielet xena hija dik tat-taverna li ghalkemm ma ghandiex x'taqsam mar-rakkont, taghti l-messagg tan-nuqqas ta' ospitalita' lejn is-Sagra Familja. Ma kienx jonqos li l-presepju juri l-episodju tar-re magi bil-korteo lussuz taghhom, zwiemel, iljunfanti, igmla, iljuni fil-gaggeg, nani, il-banda tal-lvant armata bi strumenti ta' fantasija u tant u tant fantasija ohra ispirata mill-qorti ta' l-ambaxxaturi ta' l-orjient li kienu jigu biex juri r-rispett taghhom lir-re ta' Napli.

L-ammirazzjoni tal-vizitaturi lejn dawn il-presepji ghall-wiri fid-djar tas-sinjuri, kien jgholli il-restigju ta' dawk li hadmuh kif ukoll is-superjorita' ta' dawk li kienu jipposseduh. Wirjiet bhala dawn ma kontx issibhom biss fil-knejjes izda wkoll fid-djar privati, li ghalihom il-pubbliku kien jattendi bi hgaru biex izurhom. Fost l-aqwa kollezzjoni importanti wiehed ma jistax ma jiftakarx fil-kollezzjoni ta' princep Emanuele Pinto li ghandu giet il-vici regina ta' l-Awstrija biex tarahom. Napoli -Signorelli jiddeskrivi il-kobor u sbuhija tal-korteo tas-slaten magi ta' dan il-presepju. Ma' dak tal-princep inghaqdu presepji ohra li wiehed jista' jammira ghas-sbuhija taghhom, izda le ghall-misticita' taghhom ghax din hija nieqsa ghal ahhar minhabba li juru profanita'.

 

 

 
TIP IEHOR TA' PASTUR BIL-KITARRA PRESEPJU NAPLITAN

 

IL-PRESEPJU NAPLITAN