Bejn l-1600 u l-1700 fin-naha ta' fuq ta' l-Italja bdew ikunu pubblikati folji bil-figuri tal-presepju bil-kulur, mahsuba biex ikunu mqasqsa u inkollati fuq il-kartoncin; dawn imbaghad setghu ikunu esposti b'mod vertikali permezz ta sieq tal-kartun imwahhla fuq wara.

 F
'dawk iz-zminijiet il-presepji tal-karta kienu popolari hafna u anke fi zminijietna baqghu mfittxa wkoll specjalment fi Franza u fil-Germanja filwaqt li f'Tirolo u fil-Valgardena huma komuni l-presepji silhouettes mahduma fil-landa. Hafna kienu l-artisti li kienu jahdmu dawn il-figurini fuq il-karta, fosthom insibu lil Giovanni Benedetto Castiglione, imwieled gewwa Genova fis-sena 1610, incisur ta' talent, lil Martino Knoller li tieghu ghad hemm konservat fil-Muzew Nazzjonali ta' Monaco fil-Bavaria presepju bil-figuri tal-karti u lill-genju Francesco Londonio minn Milan, pero' ta' origini spanjola, li xi whud mix-xoghlijiet tieghu jinsabu f'hafna knejjes u f'kollezjonijiet privati. Xoghlijiet ohra ta' presepji tal-karta ta' diversi artisti huma mharsa fic- Civica Raccolta di Stampe Bertarelli fil- Kastell Sforzesco.

 Dak li jiddistingwi l-presepji ta' Alto Adige minn ohrajn huwa l-uzu ta' l-injam. Fi zmien ir-Rinaxximent kienu mitluba hafna mill- klassi nobbli taljana l-istatwi mnaqqxqa fl-injam mill-iskulturi Tirolo u di Colonia. Matul is-snin ta' l-1600 gewwa Alto Adige, l-istatwi kienu mahduma principalment fl-injam, imma wiehed kien isib anke ohrajn bil-wicc tax-xema u xaghar ta' l-ispag jew suf. Fil-Basilka ta' Novacella qrib Bressanone, l-abbati Marco Hauser ried li jimbena presepju b'xi ghoxrin figura twal xi nofs metru. Dawn sofrew hsarat kbar fi hbit ta' l-ajru mill-ghadu, izda gew restawrati u issa jsebbhu l-intern ta' din l-abbazia. Fil-Muzew Djocesan ta' Bressanone hemm konservati 46 presepju fil-maggoranza taghhom ta' l-injam, xoghlijiet ta' bejn l-1700 u 1800. Ma' dawk tradizzjonalment ta' l-injam hemm ohrajn mahduma fil-kartapesta, xema u gibs, presepju bil-pasturi mlibbsa mill-ispizjar Johann Georg Franck, iehor naplitan, xoghol ta' Giuseppe Sammartino, presepji tal-karta ta' Josef Romed Kramer u iehor tal-fuhhar ta' Maria Delago. Gewwa Genova kienet il-presenza Gizwita flimkien ma' xi uhud mill-konfraternitajiet li kienu jxerrdu l-kult lejn it-tradizzjonijiet tal-Milied li kienu l-kawza li l-presepju qabbad l-gheruq f'din il-belt.

Bhalma gara gewwa Napli u fi Sqallija hawn naraw il-fenomenu tal- moghdija tal- presepju mill-Knisja ghad-djar privati aristokratici. Madankollu l-presepju genoviz ghalkemm inqas rikk u varju minn dak Naplitan, huwa inqas pagan u aktar fidil lejn ir-rakkont evangeliku.

Ix-xenografija hija semplici ghal ahhar. Il-figuri tal-presepju ma ghaddewx mill-bidla bhal ma gralhom dawk naplitani, izda baqghu jikkarakterizzaw l-figuri ta' l-injam li taghhom jispikka hafna l-sikultur Anton Maria Maragliano. Sa mill-1289, is-sena li fiha Arnolfo di Cambio hadem l-istatwi ghal basilka ta' Santa Maria Maggiore, fiz-zmien li hu kunsiderat bhala l-ewwel presepju, kellna nistennew tlett sekli biex ikollna provi cari u konkreti, fondati fuq dokumenti dwar il-bidu tal-presepju gewwa Ruma u precizament fis-sena 1581 meta l-frangiskan spanjol Juan Francisco Nuno li kien nkarigat li jaghmel indagni fuq il-kunventi rumani, jirreferi kif il-presepju kien oggett allestito fil-monasteri u fil-knejjes u fuq kollox dak ta' Aracoeli, kien l-atttrazzjoni ta' hafna follol ta' fidili bl-istatwa tal-Bambin Gesu' mahduma skond it-tradizzjoni minn patri frangiskan anonimu minn zokk ta' sigra taz-zebbug tal-Getsemani.

Kif sehh gewwa Napli, Genova u Sqallija, il-presepju hareg mill-knejjes u xtered fild-djar tan-nobbli u sinjuri. Dawn kienu mibnija b'mod artificjali u spettakulari skond il-linja barokka u kienu aktar opri ta' meravilja milli ta' edifikazzjoni, xoghlijiet esegwiti minn artisti ta' fama kbira bhalma kien il-Bernini li hejja wiehed ghall-princep Barberini. Il-presepju tal-Klarissi ta' San Lorenzo li hu maghmul minn hames statwi kbar kif wkoll dawk ta' Santa Maria in Trastevere u tal-Benedittini tal-Monasteru ta' Santa Cecila kollha jappartienu lis-sena 1700. Ghandna dokumentazzjoni dettaljata li gejja sa mis-sena 1800 li kull klassi tas-socjeta' setghet tahdem u jkollha il-presepju. Il-pasturi ta' dawn il-presepji kienu mahduma mit-tafal bi prezz baxx u mmudellati minn artisti medjokri u fuq il-forom. Xi presepji kienu armati fil-portiku tal-basilki, fuq it-terrazzini u loggog b'xena naturali u s-sema bhala sfond.
Fost dawn, il-presepju li kien l-aktar imfittex minn nies kien dak li Forti, industrialist, kien jarma kull sena gewwa Trastevere b'figuri mahduma b'certa teknika partikulari: zokk ta' l-injam, ras, idejn u saqajn tal-kartapesta, imlibbsa bid-drapp moghti l-kollha u imnixxef, biex wara jinghata il-kulur. In generali, il-presepju ruman juri s-Sagra Familja bhal c-centru tal-grajja, il-figuri huma inqas pompuzi, u x-xenografija aktar migbura u bla tlellix.

 L-isfond hu aktar naturali jixbah lil kampanja rumana bl-akwadotti rumani u sigar u l-karateristika tkun l-glorja angelika. Ix-xoghol tal-kartapesta hija arti tipikament ta' Lecce u popolari ghaliex l-ispejjez biex il-figuri tal-kartapesta huma ferm inqas milli biex tahdem b'kull kwalunkwe arti ohra. Ghalkemm l-ewwel opri fil-kartapesta jgibu d-data ta' madwar 17 il-seklu huwa fis-sena 1800 li ghandna informazzjoni certa fuq din l-arti ghaliex jindikaw lill-imghallem Maestro Pietro di Cristi maghruf hekk ghaliex kien jimmudella figuri sagri, bhala wiehed li kien jipprattika din l-arti.