IT-TWELID TA' GESU, MESSAGG TA' FERH GHAL KULL BNIEDEM

Ftit granet ohra u dalwaqt inkunu fiz- zmien tal-Milied. Xhieda ta’ dan huwa t-tizjin, iz-zieda ta’ l-attivita’ fid-dar u fil-hwienet u tahbit iehor. Din il-festa barra li ggib maghha ambjent ta’ ferh iddahhalna f’hafna tahbit.

Wiehed manager ta’ fabbrika fost il-kartolini ta’ xewqat tajba ghall-festa tal-Milied u Sena Gdida mimlija risq u hena, li kien ircieva fi zmien qabel il-Milied iltaqa’ ma’ wahda li hasbitu hafna. Fuqha kien hemm miktub messagg ta’ swied il-qalb. Kienet gejja minghand mara li zewgha safa’ korrut waqt li kien xoghol fil-fabbrika. Kellha kliem ta’ radd il-hajr ghax il-manager waqaf maghha fil-mument tal-bzonn, izda kellha ukoll kliem ta’ dwejjaq kbar.

Kemm nies “jifirhu u jifirhu” bla razan u bla kontroll u jinsew li madwarhom hemm nies li qatt ma jistghu jhossuhom bhalhom ghax ghaddejjin minn tribulazzjonijiet kbar. Dawn huma nies li tilfu xi hadd mill-familja ricentement, xi genituri li xtaqu jaraw lil uliedhom fi hbiberija ma’ Alla izda d-dinja hanqitilhom il-grazzja Tieghu, xi ahwa li ma humiex jitkellmu ma’ xulxin minhabba xi raguni jew ohra, dak iz-zaghzugh jew zaghzugha li sabtulhom jew ghalqulhom ma’ wicchom il-bibien tax-xoghol, lil dik il-persuna li tixtieq thalli warajha l-vizzju  u ma tistax, li dak li jhossu tradut u tant u tant ohrajn li ma jarawx hlief dalma quddiem ghajnejhom.

Ghaldawn in-nies il-Milied jigi u ma jezistix!

Dawn huma l-foqra ta’ zminijietna, mhux ghax ma ghandhomx flus izda ghaliex l-umanita’ taghhom hija taht salib. Huwa zbaljat li dawn in-nies jahsbu li l-Milied mhux ghalihom ghax il-Milied huwa l-festa tal-helsien ta’ lumanita’ mill-hazen u irbit iehor li ma jhallix lill-persuna tersaq lejn Alla.
Għax bit-twelid tiegħu, Ġesù “xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir u sar jixbaħ lill-bnedmin” (Fil 2,7). Huwa ftaqar mhux biss biex ikun fqir bħallfoqra u mal-foqra, imma biex lill-foqra jgħinhom jirbħu l-“faqar” tagħhom!

It-twelid ta’ Gesu’ huwa qawwa li jlibbes lill-bniedem imnezza mid-dinjita’ tieghu. It-twelid ta’ Gesu’ jimla’ bl-imhabba dik il-qalb maqsuma. It-twelid ta’ Gesu’ jaghti tama lil dawk li tilfu kull kuragg, dak il-kuragg li jerga’ jaghti hajja lil min tilef il-hajra.

Il-Milied ikun okazzjoni mitlufa jekk ma nipprofittawx ruhna minn din il-laqgha mat-tarbija Gesu’. Ma jimpurtax kemm ahna fqar u dghajfa; dak li jghodd hu li rridu niltaqghu Mieghu. Imbaghad inhalluh jahdem fina Hu.

Dawk huma l-awguri sincieri li ghandhom ikun stampati fuq kull kartolina.