X'JGHALLIMNI L-PRESEPJU LI GHADNI FID-DAR TIEGHI -
messagg ghas-sena 2012
Nirringrazzjaw lil Alla li hafna djar Maltin ghadhom jesponu l-presepju gewwa djarhom fil-jiem tal-Milied. San Frangisk ghamel pass tassew ghaqli meta ntroduca l-presepju u dan ghamlu mhux biex tkun xena ammirata fil-grotta ta’ Greccio jew  ta’ tizjin gewwa id-dar, izda biex iressaqna aktar vicin lejn il-misteru tat-twelid tas-Sinjur taghna Gesu’ Kristu.

 
Il-presepju jew grotta ghandu hames protagonisti principali li huma it-tarbija Gesu’, Ommu Marija, il-Missier puttativ tieghu Guzeppi, ir-rghajja u l-hmara. Kull wiehed minn dawn il-protagonisti jkellimna biex naghmlu pass eqreb lejn Gesu’, l-Imghallem wiehed taghna bnedmin.

Meta titfa’ harstek fuq it-tarbija Gesu’ ifhem li inti ghandek tkun Gesu’ iehor jew ohra. Gesu’ tarbija mill-maxtura jistiednek biex timxi warajh billi thares it-taghlim li hemm fil-vangelu, u thalli lill-knisja tmexxik hi lejn il-premju etern. Ma jistax jimxi wara Kristu minn mit-taghlim tieghu jaghzel dak li jghogbu u jhalli barra dak li jdejqu. Biex issalva ruhek trid tapplika t-taghlim kollu. Biex timxi wara Kristu trid tghaddi minn “ghajn ta’ labra” jigifieri mit-tbatija u dak kollu li kontra qalbek jew il-volonta’ tieghek. Kristu ma wieghedx kumdita fid-dinja izda penitenza, tbatija u salib. Dak hu l-programm tieghu. Ma dahaq u jidhaq b’hadd. “Min irid jimxi warajja jichad lilu niffsu, jerfa’ salibu kuljum u jimxi warajja.” – GESU’ KRISTU. Is-salib qed inizzlek? Erfghu ma’ Kristu u jihfief ghax mhux wiehed ikun qed jerfghu, izda tnejn, inti u Kristu.

 Hares lejn Marija, Ommu, u habrek biex tkun Marija iehor jew ohra. Marija tat lil Binha Gesu’ lid-dinja biex ikun it-triq, id-dawl, l-verita’ u l-hajja. Bhal Marija dak li nghix irid jixhed li jiena ta’ Kristu man-nies ta’ madwari, mhux ghall-glorja tieghi, izda ghat-tifhir ta’ Alla wahdu. Xerred il-kelma t’Alla b’kull mezz u sahhahha bl-ezempju tajjeb. Meta jarawk nisrani awtentiku, in-nies jithajru jersqu lejn Gesu’ billi l-kelma tqanqal, izda l-ezempju jkaxkar. Meta Kristu ta l-mandat lil-appostli biex imorru jghallmu d-dinja kollha, tah lili u lilek ukoll. Ilkoll irridu naghmlu l-parti taghna biex il-knisja ta’ Kristu tikber u tixtered.

© Copyright CHRISTMAS FORUM