KIF NIPPJANA L-MILIED TIEGHI - messagg ghas-sena 2013


Il-knisja Kattolika ghazlet 4 gimghat qabel il-Milied bhala l-Avvent, zmien li matulu nippreparaw it-triq ghall-Mulej, ghall-migja tieghu bhala Re u Salvatur. Meta l-knisja ticcelebra l-Liturgija ta’ l-Avvent kull sena tistedinna biex din it-thejjija sservi halli ngeddu x-xewqa taghna ghat-tieni migja tieghu.

F’hafna familji, iz-zewg genituri jahdmu u ghaldaqstant hemm inqas hin u zmien biex ikun dedikat lill-hajja spiritwali tal-familja. Bhala genituri kattolici rridu naghrfu l-veri prioritajiet u nghallmu t-tfal taghna jghixu l-fidi kemm barra u gewwa d-dar.

Meta n-nisrani jippartecipa fit-tradizzjonijiet konnessi ma' dawn iz-zminijiet, bhalma nghidu ahna, jiehu sehem fid-drama tal-Milied jew jarma’ l-Girlanda fid-dar, l-familja kattolika tista’ tippartecipa bi frott spiritwali l-Avvent u l-Milied.

Tradizzjonijiet u prattici antiki hafna konnessi ma’ l-Avvent ghandhom ikunu ta’ ghajnuna biex uliedna jikbru fil-fidi. Dawn l-uzanzi antiki jesponu u jghallmu d-duttrina tal-fidwa u jizvillupaw sens ta’ generozita’ lejn Alla.

Hafna jintilfu f’diversi hwejjeg li ma joffru ebda importanza u jinsew il-lat spiritwali ta’ talb u sawm. Din il-forma ta’ thejjija, ta’ talb u sawm, jippurifikaw lil qlubna biex nippreparaw ruhna ghal vera celebrazzjoni tal-Milied. Il-knisja taghna tinkoraggixxi l-partecipazzjoni taghna fl-Ewkaristija ghaliex din hija s-sors u l-ghan principali tal-preparazzjoni matul l-avvent ghall-Milied: Kristu nnifsu, li s-sagrificcju tieghu jirrikonciljana ma’ Alla.

L-aktar uzana jew tradizzjoni li ghandha gheruq imhawlin sew matul lAvvent hija l-Girlanda. Din hija cirku ta' haxix imzejjen b'simboli tal-Milied u li fih jitwahhlu erba xemghat, tliet vjola u ohra roza li tinxteghel fit-tielet Hadd maghruf bhala Hadd il-Ferh. Kull Hadd tinxetghel xema u jinghad xi talb apposta. Il-familja tista’ tirrecita ttalba tar-Ruzarju migbura madwar il-Girlanda.

Familji ohra jarmaw maxtura vojta u jheggu lil uliedhom jaghmlu opri tajba u xi sagrificcji zghar biex wara li jaghmluhom jinghataw ftit tiben halli jqedghuh fil-maxtura biex meta jpoggu lil Gesu’ Bambin dan isib maxtura kemm jista’ jkun komda permezz ta’ l-opri tajba taghhom.

F'bosta djar jintrama' l-presepju u f'din l-attivita' il-genturi ghandhom iheggu lil uliedhom jippartecipaw f'din il-hidma. Hekk il-presepju ma jkunx oggett ta' tizjin izda sforz komunitarju fil-familja biex titfakkar ic-cirkustanza tat-twelid ta' Kristu Gesu' fostna l-bnedmin. Ma tonqosx li fil-familji taghna tinrama' ukoll is-Sigra tal-Milied.
Genituri ghaqlin ghandhom jaghtu tifsira ta' dan it-tizjin. Ifakkru lil uliedhom li Alla ma riedx li l-ewwel genituri taghna jieklu mill-frott tas-sigra u ghax ma obdewx, Kristu kellu jghaddi minn tbatija kbira, billi dendluh ma' sigra u hallas prezz gholi biex gabilna s-salvazzjoni. Jinghad li San Bonifacju fit-tmin seklu ried li tintuza is-sigra taz-znuber (fir tree) billi l-injam taghha huwa simbolu tal-paci. Ilquccata taghha tipponta 'l fuq, lejn is-smewwiet. il-post fejn jghammar Alla, is-Sid tal-Paci.

Fil-kultura taghna l-Milied jibda lejn nofs Ottubru jew ukoll aktar kmieni, malli l-hwienet jibdew izejnu u jesebixxu rigali u materjal iehor relatat ghal dawn iz-zminijiet.

Mhux hekk il-Knisja Kattolika, mhux hekk. Il-kalendarju li l-kattolici jghixu u jiccelebraw huwa differenti ghal ahhar minn dak sekulari.  Ahna nhallu l-fidi taghna, u t-taghlim ghaqli tal-knisja jmexxuna huma biex nippjannaw u norganizzaw iz-zmien li fih niccelebraw il-Milied bhala kattolici