THALLIX IL-MATERJALIZMU JHASSARLEK IL-VERU MILIED


Kif jghaddu l-festa tal-Milied hafna bnedmin?

Hafna huma l-persuni li ma jimpurtahomx mit-Twelid ta’ Gesu’ u wisq aktar ghaliex Gesu’ twieled. Ghalihom il-grajja tal-Milied hija bhal grajja ta’ Santa Klaws. It-tort ta’ dan kollu hija s-socjeta materjalista li biha ahna mdawrin. Ir-realta’ ghal dawn in-nies hija dak li tmiss b’idek u tara b’ghajnejk u sa hemm naslu. Il-valuri huma biss flus, kumdita’ u divertiment.  Xi whud ta’ boloh li huma jirragunaw li l-hajja hija vjagg qasir, kollox itir u f’dan il-ftit zmien, l-ghaqal tad-dinja jissuggerilek biex tgawdi u tgawdi u tibqa’ dejjem tgawdi. U meta tigi biex isserrah rasek fuq l-imhadda filghaxija biex tistrieh issib li f’qalbek ghandek vojt kbir.

Billi persuni bhal dawn huma maghluqa f’dinja ghalihom minghajr ebda interess li hemm dinja ohra fejn jezisti Alla li joffri l-veru helsien, dawn anqas biss jikkonsidraw li jahsbu f’Dak li Halqahom u jzommhom qawwijin u shah. Jahsbu biss li dak li ghandhom u dak li jgawdu hu biss bil-hila taghhom.

Nies bhal dawn qatt ma jistghu jemmnu fit-Twelid tas-Salvatur taghna Gesu’ Kristu.

Ghalhekk il-Kelma Christmas iddejjaqhom u jridu jissostitwuha bil-kelma holidays.  Lil Gesu’  u dak kollu li joffri jarawh bhala xi haga li tfarrak il-ferh falz ta’ hajjithom.

Li kieku ma jhallux l-affarijiet ta’ madwarhom jghamuhom kieku jaraw u jifhmu li Ġesù hu l-aqwa xhieda ta’ dan. Dak li sar bħall-ħlejjaq, huwa l-Ħallieq. Dak li daħal fl-isfera taż-żmien, hu Etern. Dak il-bniedem tad-demm u l-laħam bħalna, hu Alla.

Gesu’ hu alternattiva ghad-disperazzjoni taghhom. Gesu’ ifejjaq il-feriti ta’ hajja migjuba fuqna bid-dnub.

Gesu’ gie fid-dinja biex joffrilek il-mahfra basta tkun lest li tilqghu u temmen Fih. Biex temmen Fih trid tabbanduna l-materjalizmu u tilmah id-dawl fejn qabel kont tara d-dlam.