MESSAGG GHALL-MILIED 2019
L-ISTEDINA TA' L-ANGLI LIR-RGHAJJA HIJA STEDINA GHALINA WKOLL


GIB QUDDIEM GHAJNEJK LIR-RGHAJJA TA' BETLEM JISIMGHU L-MESSAGG TA' L-ANGLU.

 "IL-LUM FIL-BELT TA' DAVID TWELDILKOM IL-MESSIJA LI HU KRISTU U L-MULEJ. U DAN IKUN IS-SINJAL GHALIKOM: INTOM ISSIBU TARBIJA MFISQIJA F'MAXTURA."

U MINNU FIH QTAJJA KBAR TA' ANGLI BDEW IFAHHRU LIL ALLA U JKANTAW : " GLORJA LIL ALLA FIS-SMEWWIET U PACI FL-ART LILL-BNEDMIN TA' RIEDA TAJBA."



Ir-rghajja kienu nies fqar u semplici u jghaddu granet jiehdu hsieb il-merhliet taghhom. Dak il-lejl kif soltu kienu jaghmlu ngabru flimkien biex jghidu kelmtejn qabel jiehdu xi nghasa.  Jitkellmu fuq dak li lilhom kien jinteresshom u kultant jidhqu. Ftit kienu jobsru xi gej.

Minnufih anglu tal-Mulej jidher quddiemhom u jhabbrilhom ahbar ta' ferh. Nistghu nahsbu kif baqghu ssummati ghad-dehra,  stghagbu ghal dak li qalilhom, u aktar u aktar ghal dak li xhedu meta raw qtajja kbar ta' angli jfahhru lil Alla: Glorja lil Alla fil-gholi tas-smewwiet.

Il-fatt li Alla sejjah lil dawn in-nies fqjarin ta' Betlem juri li Alla ma jaghzilx favoriti minn fost dawk li jidhru gholja u mportanti quddiem ghajnejn id-dinja. Huwa jghozz lil dawk kollha , sinjuri jew foqra jew dghajfa li jersqu lejh bi spirtu ta' adorazzjoni jew imhabba. Ghax min jersaq lejn Alla jehtieg li jadurah bl-ispirtu u verita'.

Hafna drabi n-nies jaraw il-Milied bhala festa ta' rigali, laqghat, ikel u ferh. Imma aktar minn hekk, il-Milied ghandu jkun ghalina grajja sagra b'tifsira rikka religjuza. Irridu naraw li Alla dahal fil-hajja tal-bniedem u sar bniedem bhalna f'kollox, fil-ferh, fin-niket, fit-tbatija......f'kollox.... barra fid-dnub. Alla jifhem il-hajja umana, ghexha.

Alla sar bniedem biex ahna nersqu Lejh. L-istess stedina li l-anglu ta lir-rghajja qed jaghtiha lilna lkoll f'dan il-jum qaddis. "Tibzghux tiltaqghu mieghu, thobbuh, taghrfuh. Adurawh u  aghtu fohrija lil Alla ghall-migja mqaddsa tieghu."

Jalla dan il-Milied ikun okazzjoni fejn  fiha naghraf aktar l-imhabba tieghek lejna uliedek iddisgrazzjati, li wara li offendejnik baghtilna lil Ibnek Unigenitu sabiex min jemmen fih ma jintilifx izda jkollul-hajja ta' dejjem.

GESU' JIENA NAFDA FIK.