IL-MILIED JIMLIENA BIL- FIDI TAMA U MHABBA

Konna foqra, mitlufa u minsija; imma Alla sar Bniedem u gie jghix fostna.

Konna mitlufa u Alla fittixna, ilsira u mehlusa, ikkundannati u gejna mifdija, midimba u gejna mahfura. 

Ieqaf u ahseb ghall- mument wiehed biss x’jfisser ghal Kristu li twieled ghalina u fostna l-bnedmin billi ha l-gisem bhalna. Issa huwa wiehed minna, kollox bhalna barra mid-dnub u x’jistghu jaghmlu l-qawwiet tal-hazen tad-dinja u ta’ l-infern ilkoll flimkien, kontra taghna meta Kristu huwa maghna?

Kemm Gesu’ kif ukoll Ommu Marija jharsuna u jipproteguna minn kull hsara u hazen.

Meta Padre Pio ta’ Pietralcina qal: “Itlobu, ittamaw u warrbu kull inkwiet” kien qed jaghtina il-formula jew ir-ricetta perfetta ghas-salvazzjoni.
Jehtigilna nitolbu ghaliex Gesu’ Tarbija ghandu dak kollu li ahna ghandna bzonn u jrid jaghtihulna;
Nittamaw ghaliex ghalkemm Tarbija ghandu qawwa bla tarf, aktar milli ghandhom l-ghedewwa tieghu u taghna, qawwa li ma tistax titqies.
Inwarrbu kull inkwiet, u din hija l-isfida ghalina bnedmin. Jekk nafdaw fih, zgur li kull inkwiet jghib, imma jekk niddubitaw bhal ma ghamel San Pietru waqt li kien qed jimxi fuq l-ilmijiet, ahna ngarrbu l-gharqa.

Minn dak il-mument li fih deher fostna l-bnedmin, Huwa baqa’ maghna ghal dejjem. Huwa prezenti f’kull tabernaklu ta’ kull knisja kattolika, kif kien prezenti fil-maxtura gewwa Betlem madwar 2000 sena ilu.

Hekk kif l-isfidi ghalina u ghall-knisja ta’ Kristu jikbru, ejjew niftakru f’dawn il-veritajiet u nkomplu nikbru fil-Fidi u t-Tama.

Qatt tinsa li Gesu’ twieled biex jibqa’ mieghek u mieghi u qatt ma ser jabbandunana.

Jalla is-sena il-gdida 2021 issibna mimlija mhabba lejn Gesu’ u Marija, jalla il-bizghat taghna jghibu u l-ansjetajiet taghna jinhallu bhal ma’ ic-cpar jinhall f’jum mimli xemx.

Tkun f’qalbna l-ghajta qaddisa: KRISTU ILLUM! KRISTU GHADA! KRISTU GHAL DEJJEM!