HALLI LIL ALLA JAHDEM BIK


Wara li rajt dan il-video, nahseb li taqbel mal-konkluzzjonijiet tieghi: in-nies f'dan ir-restorant jidhru qeghdin jiehdu gost jieklu fil-kwiet, meta bhal sajjetta fil-bnazzi jisimghu l-ghajta ta' Alleluja. Fuq l-ucuh tal-patruni tar-restorant, wiehed jista' jinnota suspett. Forsi suspett ta' biza'!!!!!!!!!!!

Imma gradwalment jibdlu l-fehma taghhom; l-ostilita' tghib, il-genituri jassiguraw lil uliedhom li ma kellhomx ghalfejn jibzghu u minflok wiehed jista' jaqra fuq dawk l-ucuh, kurzita', stghagib, u anke paci u ferh. 
Forsi xi whud qeghdin jahsbu kif nista' jiena inkun parti minn dan? 

Hemm  paragun naturali ta' dak li jista' jigri meta ahna inxandru l-evangelju ma' dak li sehh fir-restorant. Il-bxara t-tajba tnissel ferh u paci u thejjija ghat-tieni migja tal-Messija Gesu'. (ghax l-ewwel migja ta' Gesu' fid-dinja diga' sehhet gewwa Betlem.)

Kullma hu mehtieg huwa persuna ta' kuragg li tibda', imma hekk kif ohrajn jidhlu jaghmlu parti mill-hajt ta' hoss li huwa frott ta' din l-inizjattiva, l-ambjent jimbidel ghal wiehed  li ma jistax jigi imqieghed fil-gemb meta nhabbru l-ahbar it-tajba.
Bhalma jfakkarna Papa Benedittu XVI ; "il-hidma taghna hija mehtiega biex inxandru t-tieni migja ta' KRISTU billi nipproklamaw l-evangelju." Ahna bombardati bir-reklami u pubblicita' biex nixtru, nixtru u nkomplu nixtru.

 Ma tahsbux li huwa z-zmien li naghmlu maghruf il-messagg awtentiku ta' l-Avvent? 

HEJJU T-TRIQ GHALL-MIGJA TAL-MESSIJA.

Handel kiteb il-“Messiah”, inkluz il-kor ta' l-Alleluia li smajna f'dan il-video f' 24 jum. Jekk bniedem wiehed jista jikkomponi saghtejn muzika f'24 jum, ahsbu ftit x'impatt inhallu fuq ta' madwarna jekk tul hajjitna xandarna lil Kristu bil-kelma u bl-ezempju.

Ghall- bqija nhallu kollox f’idejna Alla.

Kif jghid il-proverbju ingliz: We do our best and God does the rest.