IL-VERU MILIED


 Id-dinja taghti messagg imhassar ta’ kif wiehed ghandu jghaddi zmien il-Milied. L-ewwel u qabel kollox trid u thabrek li l-bniedem jinsa’ li l-Milied huwa zmien li fih il-wiehed ghandu jahseb fuq il-migja ta’ Gesu’ ghalina, anzi tipprezentah mhux bhala zmien il-Milied, izda vakanzi xitwin ) Winter Holidays. Id-dinja tkompli tistieden il-bniedem biex ifittex il-ferh tieghu f’dawn iz-zminijiet fix-xalar, xorb u ikel u kull haga ohra li tnessi l-veru tifsira tal-Milied. Dan huwa spirtu tassew qarrieqi.

Il-veru spirtu tal-Milied ghal insara huwa li niftakru li dan il-pass li Kristu, li l-Iben ta’ Alla, jilbes in-natura umana u jigi jghix fostna u bhalma l-bnedmin, juri l-imhabba kbira li Alla ghandu ghalina l-bnedmin. Alla hekk habb il-bniedem li ta lil Iben unigenitu tieghu sabiex kull min jemmen fih ma jintilifx izda jsalva.

Din il-festa tatina ricetta tal-veru ferh mhux kif tatih id-dinja izda kif jaghtih Alla. U dan il-ferh insibuh meta naghmlu l-volonta’ ta’ Alla, nobdu l-ligi tieghu. U paci fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba. Ghandu rieda tajba biss dak il-bniedem li jwarrab il-volonta tieghu biex jaghmel u jwettaq dik ta’ Alla.

Alla jhobbna kif ahna u jhobb lil kulhadd, eccezzjoni hadd. Dan il-Milied irid ikun ghalina okkazjoni biex nirrispettaw lil xulxin, ikun min ikun, sewwa jekk naqblu mieghu sew jekk le. Jekk nonqsu f’dan ir-rigward inkunu qed noholqu ngustizzija li ggib maghha konsegwenzi disastruzi.

Jalla dan il-Milied ikun ghalina ghajn ta’ ferh, paci u sliem.

IL-MILIED T-TAJJEB LIL KULHADD.