IL-FROTT VERU TAL-MILIED

Fit-23 ta’ Novembru ta’ din is-sena , ghal darb’ohra titniehed il-gurnata ta’ BLACK FRIDAY, jum fejn fost pubblicita’ kbira jistiednu lix-xerrejja biex jixtru oggetti bi prezzijiet ridotti !!!!!!

Issa ftit tal-jiem wara jibda’ l-Avvent li huwa zmien oppost ghal Black Friday. Nistiednek tigi mieghi f’dan l-ispazju ta’ l-Avvent, zmien aktar sigur u ta’ Imhabba.

Il-Black Friday kollu jittratta dwar l-iskarsezza, l-opportunitajiet limitati u l-biza’ li titlef dak li tkun tixtieq bi prezz irhis…….kaos u genn…..huwa dwar li tkun l-ewwel wiehed fil-linja biex dak li tixtieq ikun tieghek.

L-Avvent minn naha l-ohra joffri weghda ta’ abbundanza u tama, kalma u paci. L-Avvent jiccelebra l-bidu ta’ era – il-migja ta’ Gesu – immarkata b’tip ta’ imhabba misjuba biss f’Gesu’. Din il-kwalita’ ta’ imhabba, li hija rizultat tal-migja ta’ Gesu’ fostna l-bnedmin mahijiex biss sentiment mcajpar jew momentarju. Mahijiex imhabba mibnija fuq l-egoizmu taghna, imma  hija mhabba imsejsa fuq il-htigijiet ta’ haddiehor ghall-htigijiet ta’ haddiehor. Infatti din l-imhabba nistghu nsejhulha KARITA’ li hija mhabba totalment dizinteressata. Din it-tip ta’ imhabba tinvolvi sagrificcju ghax tfisser li ahna npoggu l-bzonnijiet taghna fil-gemb,( jew kif jghid l-ingliz fuq il-back burner) biex inqisu l-ewwel il-bzonnijiet ta’ ghajrna. 

Il-qaddisin huma ezempji hajjin ghall-atti erojci ta’ sagrificcju taghhom ghal haddiehor, hafna minnhom pjuttist drammatici. Insemmi isem wiehed biss fost il-hafna u kulhadd jifhem dak li rrid nghid: San Massimiljanu Kolbe.

B’modi inqas drammatici, izda mhux inqas erojci, in-nies komuni li jipprattikaw din l-imhabba ta’ sagrificcju jum wara l-iehor: il-genituri jwarrbu l-bzonnijiet taghhom biex jiehdu hsieb il-bzonnijiet ta’ uliedhom; il-konugi li jwarrbu il-bzonnijiet taghhom biex jiehdu hsieb lil xulxin; ahwa l-kbar li jwarrbu l-interessi taghhom biex jiehdu hsieb ahwa izghar minnhom; haddiema li jwarrbu l-bzonnijiet taghhom stess biex jghinu lill-haddiem shabhom li jkunu sabu ruhhom f’xi diffikulta’.

Din il-kwalita ta’ imhabba tixbah lil imhabba ta’ Alla li tana lil Ibnu stess biex isalvana. U Kristu, Iben ta’ Alla umilja ruhu, libes in-natura umana u sar kollox bhalna barra mid-dnub.  L-ewwel nsara tal-knisja bikrija kienu jinsew il-htigijiet taghhom biex jghinu lil min kien inqas ixxurtjat. Naqraw fl-Atti ta’ l-Appostli, li bosta ghonja nsara kienu jbieghu l-propjeta’ taghhom u l-flus li jdahhlu kienu jpogguhom f’riglejn l-appostli halli dawn iqassmuhom skont il-htigijiet ta’ kull wiehed. 

Il-prezenza ta’ Emmanuel – Alla maghna – u l-grazzja abbundanti li jaghti Gesu’ lil kull wiehed u wahda minna ghandhom ikun maghna l-jiem kollha ta’ hajjitna u mhux ghal dan il-periodu qasir tal-Milied li gej fuqna.

Dan huwa l-veru frott spiritwali ta’ kull Milied.