L-istennija rari hija faċli, iżda jista 'jkun speċjalment diffiċli għat-tfal. Li tistenna fil-qju ghall-karrozza tal-linja, ghal dik il-mara li ser issir omm, kemm tarah twil iz-zmien taghha, x’herqa jkollhom it-tfal biex jasal jum it-twelid taghhom jew il-Milied biex jircievu ir-rigali jew l-adulti biex jifdew il-vaganza tas-sajf. Ftit ezempji li juru nuqqas ta’ pacenzja ghal l-istennija.
L-Avvent huwa staġun ta’ stennija, biex infakkru l-migja ta’ Gesu’ fostna. U matul dan iz-zmien ta’ stennija ahna mhegga biex nitolbu halli inhejju ruhna ghall-migja ta’ Gesu’.
Kif nistgħu nghinu lit-tfal u anke lilna nfusna nidhlu fl-istaġun tal-Avvent meta tant difficli nistennew ic-celebrazzjoni li gejja? Hawn huma ftit suggerimenti:
Ixghel il-fjamma tal-fidi madwar il-Girlanda tal-Avvent tieghek, x'aktarx l-aktar simbolu rikonoxxibbli tal-istagun. Zid tifsira biex tixgħel ix-xemghat tal-Kuruna tal-Avvent tiegħek billi taghmilha okkazjoni għat-talb tal-familja.
Kun af is-sigra tal-familja ta’ Gesù jigifieri l-ismijiet ta’ dawk il-persuni li minnhom tnissel Gesu’; dawn jinkludu hafna ismijiet notevoli mit-Testment il-Qadim. Aqsam mal-familja tiehek l-istejjer ta’ dawn il-figuri u kif wittew it-triq ghall-migja tal-Messija.
Aqsam ma’ uliedek it-tradizzjonijiet tal-Milied madwar id-dinja. l-Internet jipprovdilek hafna minn dawn l-uzanzi. Per ezempju t-tberik tal-Bambini gewaa l-Italja. F’hafna parrocci hawn Malta din it-tradizzjoni dahlet sew.
Tghallem u ghallem lil uliedek dwar xi whud mill-qaddisin iccelebrati fi zmien l-Avvent. Uhud mill-aktar popolari huma San Nikola – 6 ta’ Dicembru, San Gwann Diego flimkien mal-Madonna ta’ Guadalupe -9 u 12 ta’ Dicembru, Santa Lucija – 13 ta’ Dicembru. Dawn il-qaddisin u ohrajn hallew hajjithom timbidel minn Kristu u allura ahna wkoll nistghu nsegwu l-pjan li l-Mulej ghandu ghalina.
L-istagun tal-Milied ma jispiccax l-ghada tal-Milied izda jkompli sa ma niccelebraw il-Maghmudija tal-Mulej.
Ftakar li l-Milied ma ghandux biss il-linja tar-ruh, izda jgorr mieghu menu ta' x’nieklu ghax il-bniedem huwa maghmul kemm mir-ruh kif ukoll mill-gisem.
Fl-ahhar u mhux l-inqas ahmi u kul helu li ghandu relazzjoni fil-qrib mat-Twelid ta’ Kristu Gesu’. (l-Imbuljuta, il-qaghq ta’ l-ghasel, il-kejk tal-Milied , mince pies, torta tal-lewz, coconut balls etc)