IL-WEGHDA TA’ KRISTU MHABBRA

+1. Għal zmien qasir wara l-holqien taghhom l-ewwel genituri taghna ghexu fil-paci u l-hena perfetta fil-Gnien tal-Eden. Li kieku baqghu ubbidjenti lejn l-awtorità tal-Hallieq taghhom, matul iz-zmien kollu ta’ prova taghhom, ma kien ikun hemm l-ebda htiega ghall-migja tal-Iben ta’ Alla bhala l-Feddej taghhom mid-dnub, ghax huma ma jkunu kkommettew ebda htija.
Kienet ir-ribelljoni deliberata taghhom li kienet l-okkazjoni li ddeterminat iz-zjara tal-Kelma Divina f’din id-dinja taghna. Mhux ta’ b’xejn li l-Knisja tkanta, O felix culpa! O htija tassew hienja li kisbet Feddej bhal dan!

Ammira l-Providenza mill-isbah ta’ Alla li b’hekk tohrog il-gid mill-hazen u vantagg lill-bniedem ghad-dnub tieghu stess!

+2. Il-weghda li saret kienet ifformulata fi kliem li ma ta l-ebda prospett immedjat tat-tghaffig tar-ras tas-serp u l-qerda tal-qawwa tieghu. Halliet is-sahta tad-dnub fuq l-art u l-abitanti taghha u habbret it-tbatija li kienu se jakkumpanjawhom matul iz-zmien ta’ residenza taghhom hawn. Din il-ligi ghadha tghodd. Kristu gie biex jabolixxi d-dnub izda mhux il-konsegwenzi temporali tieghu. 

Ghalhekk inpattu b’opri tajba u penitenza biex inpattu ghall-konsegwenzi temporali tad-dnub hawn fid-dinja, ahjar milli fl-ohra.

+3. Madankollu, il-weghda ta’ Feddej  qajmet id-dawl tat-tama fl-erwieh ta’ Adam u Eva. Huma u uliedhom kollha, kienu dejjem ifittxu u jitolbu ghall-Migja Tieghu. L-intenzjoni t’Alla kienet li jzommhom jistennew. Hekk ukoll, bit-Tieni Migja Tieghu. Dejjem kien hemm tradizzjoni ta’ stennija. “Imbierek il-bniedem li Mulej isibu jishar meta jigi.” 

Ghalhekk, tghallem ishar u titlob.

Ejja malajr, Mulej Gesù! ”