FITTEX DAK LI HU TA’ VALUR

 

L-istampa  turi l-presepju li ntrama fil-Pjazza tal-Vatikan fis-sena 2022.
Kienet turi figuri daqs ta’ bniedem skolpiti fl-injam tac-cedru minn tim ta’ artisti minn Fruili Venezja Giulia. Ix-xena kellha 18 il-figura armati taht koppla semi cirkulari imdawwla b’qamar kwinta.

Ejja nghixu Milied differenti mill-Milied konsumist u kummercjali!

Il-Papa Frangisku kien ghamel riflessjoni tassew f’waqtha rigward il-Presepju u s-Sigra tal-Milied.

Hawn dak li qal:
Is-sigra u l-wirja tat-Twelid (il-Presepju) huma zewg sinjali li ghadhom jaffaxxinaw kemm iz-zghazagh kif ukoll l-anzjani. Is-sigra, bid-dwal taghha, tfakkarna f'Gesù li jigi biex jdawwal id-dlam taghna, l-ezistenza taghna spiss maghluqa fid-dell tad-dnub, tal-biza' u tal-ugigh. U jissuggerixxi riflessjoni ohra: Bhas- sigar, in-nies ukoll ghandhom bzonn gheruq. Ghax biss jekk tkun imhawla f'hamrija tajba tista' tibqa' soda, tikber, "timmatura," u tirrezisti r-rih li jipprova jqaccataha, u ssir punt ta' referenza ghal dawk li jharsu lejha. Imma, hbieb gheziez, minghajr gheruq xejn minn dan ma jista' jigri; minghajr bazi soda, tibqa' instabbli. Huwa importanti li tipprotegi l-gheruq, kemm fil-hajja kif ukoll fil-fidi. F'dan ir-rigward, l-appostlu Pawlu jfakkarna fil-pedament li fuqu jehtigilna nibnu hajjitna biex nibqghu fis-sod: 7nizzlu gheruqkom fih, u ibnu l-hajja taghkom fuqu; issahhu fil-fidi, kif tghallimtu, u mtlew bil-gratitudni (Kol 2:7). Dan hu dak li s-sigra tal-Milied tfakkarna: li gheruqna jkunu mqabbda sew ma’ Gesù Kristu.

Id-dehra tal-presepju titkellem dwar it-twelid ta’ Iben Alla li sar bniedem bhalna f’kollox, barra mid-dnub, biex ikun qrib  taghna. U fil-faqar tat-twelid tieghu gewwa l-grotta ta’ Betlem nitghallmu naghrfu kif nippurifikaw ic-celebrazzjoni ta’ Milied nisrani minn  celebrazzjoni ta’ Milied ta’ frattarija u konsumizmu bla razan. Il-grotta ta’ Betlem tghinna napprezzaw is-silenzju u t-talb li jressaqna aktar vicin lejn Alla.

U t-talb huwa l-ahjar mod biex nghid grazzi quddiem dan il-gid ta' mhabba hielsa, biex nghid grazzi lil Gesù li jixtieq jidhol fid-djar u f'qalbna. Iva, Alla jhobbna tant li jaqsam l-umanità u l-hajja taghna. Qatt ma jhallina wahedna, Huwa maghna f'kull cirkostanza, fil-ferh kif ukoll fid-dwejjaq. Anke fl-aghar mumenti, Hu hemm, ghax hu l-

Emmanuel, Alla Maghna,

id-dawl li jdawwal id-dlam u l-prezenza tenera li timxi maghna fil-vjagg taghna.