Fil-lingwa maltija ghandna kelma ohra ghal the snowman? Nistghu nirreferu ghalih bhala r-ragel tas-silg. Imma fis-sena 2014 Michael Spangol kiteb poezija jisimha BORRINU f'gieh ir-ragel tas-silg jew the snowman. Tant intghogbot minn nies li din il-kelma sabet ruhha f'xi duzzjunarji u kotba tat-tfal.

(din l-informazzjoni giet mehuda mis-sit KELMA KELMA. 

 

 

 


BORRINU

ta’ Michael Spagnol


Infetħu bwieb is-sema

u għamel ħafna ksieħ,

mat-tieqa beda jtektek

is-silġ nieżel mar-riħ.


Frak abjad kesa kollox,

fil-bitħa l-art tgħattiet

u għedt bejni u bejn ruħi

“Kif nista’ noqgħod kwiet?”


Ħriġt niġri f’dik il-kesħa,

is-silġ qbadt nilgħab bih,

rekkintu u bnejt pupu,

Borrinu se nsemmih!


Fettilli nlibbsu xalla,

barnuża flok kappell,

ma’ żaqqu żewġ buttuni,

ġie qisu xi mudell!


F’nofs wiċċu zunnarija,

pinġejtlu par għajnejn,

fuq fommu tfajt tbissima,

u zkuk taparsi jdejn.


Kien donnu tal-istampi,

ħriġt veru sodisfatt,

mort niġri nġib il-mobile,

kif ġie, ħaqqu ritratt!


Xħin ħriġt ħadt qatgħa kbira.

Xi ġrali, uff, xi dnub!

Ix-xemx fettlilha toħroġ

u Borrinu beda jdub!