IL-MILIED... U L-IBEN T’ALLA SAR BNIEDEM.


Fost il-misteri tal-fidi taghna

Hemm dak li Alla thallat ma’ l-uman

Kif nistghu nemmnu dan, jekk mhux  bil-fidi

Ghax anqas ommu stess ma fehmet dan.


U l-Angli staghgbu wkoll kif saru jafu

Li dak li halaq lilhom u l-holqien

Qed joffri ‘l Ibnu stess biex jigi fostna

Biex b’hekk l-umanita’ jkollha l-helsien.


Ried jigi u jinzel fostna bhala tarbija

Sabiex iduq l-hajja tal-bnedmin

Ghaliex bil-waqa’ il-bniedem sar mizerja

U ma ridniex taht Satana mjassrin.


Ghalhekk nafuha lilu l-fidwa taghna

Wahedna ma stajniex li ninfdew qatt

Kemm habbna l-Mulej, baghatilna ‘l Ibnu

Biex juri li go qalbu hekk kulhadd.


Biex il-Mulej iwettaq dan il-misteru

Inqeda’ b’xebba umli u bla dnub

U malli qalet l-IVA kbira taghha

Jitnissel dak il-hin Gesu’ mahbub.


Dan biss ifisser il-Milied ghalina

Gesu’ nkarna f’ta’ Marija l-guf

Ghax jirbah ried mill-gdid l-erwieh kollha

U li minghajru, il-bniedem hu mitluf.


Kemm ahna xxurtjati ghax ahna nsara

Li nemmnu b’qalbna kollha l-grajjiet

U l-akbar grajja ta’ l-inkarnazzjoni

Li dejjem infakkruha fil-Milied.


(ANTHONY GRECH – LEHEN IX-XIRKA HARGA 

NRU 40 OTTUBRU DICEMBRU 2015)