JIENA STILLA

(rachael debattista)

Jiena stilla fis-sema hdejn Alla,
l-istess wahda li baghat il-Mulej,
meta f’ghar gewwa Betlem gie mwieled,
wild Marija Gesu’ l-Feddej.


Jien niftakara sew, sew qisu ‘l bierah,
kien jum kiesah fix-xitwa qalila.
Gesu’ mrekken fi hrieqi li jsahhnu,
bil-ferh ommu dik kienet mimlija.


Wara ftit waslu l-angli mis-sema,
bdew ifahhru lil Alla bil-kant.
Waqt li jien bdejt indawwal lid-dinja,
u fil-genna hassejtni ninsab.


Gew ir-raghja bil-hrief bojod puri,
marru jzuru lil Alla mill-qalb.
Bdew iqawwu l-qalb tal-Madonna,
u din fahhret lil Alla bit-talb.


Imma x-xemx zebqet fiddet il-qamar,
kull ma jmur dawlet qalbi bdiet tnin.
Jien sellimt l-ahhar darba lil sidi,
ma stajtx nobsor kif kien ghadda l-hin !