MIN HU TASSEW SAN NIKOLA ?


 San Nikola twieled fit- 3 seklu fil-villagg ta' Patara. F'dawk iz-zminijiet kienet okkupata mill- Grieki izda l-lum taghmel parti minn naha t'isfel tat - Turkija. Il-genituri tieghu kien sinjuri u tawh edukazzjoni nisranija, imma mietu meta kien ghadu ta' eta' zghira. Bi flusu ghen lill-fqir u lill-batut u b'dak li wiret assista lil min kellu bzonn u lill-morda.Huwa ddedika hajtu lil Alla u meta kien ghadu zaghzugh inhatar isqof. L-isqof Nikola kien maghruf ghall-generozita' tieghu mal-fqar, l-imhabba lejn it-tfal u l-preokkupazzjoni tieghu lejn il-bahhara u x-xwieni.

Huwa kellu jsofri l-ezilju u l-habs taht l-imperatur Ruman Dioklezzjanu li minghajr hniena ippersegwita lil insara. Wara li kien mehlus, huwa attenda l-Koncilju ta' Nicea fis-sena AD 325. Meta miet huwa gie midfun fil-katedral fejn relikwija unika, msejha manna iffurmat fuq qabru. Din is-sustanza jinghad li ghandha l-qawwa ta' fejqan u hafna nies nisslu devozzjoni kbira lejn dan il-qaddis. Ta min isemmi wkoll li din il-manna ghadha tohrog fuq qabru gewwa Bari fejn il-gisem tieghu gie trasport.

Matul iz-zminijiet hafna stejjer u leggendi ntqalu u nkitbu fuq San Nikola. Dawn jghinuna biex nifhmu l-karattru straordinarju tieghu u ghaliex kien hekk mahbub u rispettat bhala protettur ta' dawk fil-bzonn.

Storja minnhom tirrakonta li missier fqir kellu tlett ibniet li biex jizzewgu kellhom bzonn ta' dota. Aktatr mad-dota tkun kbira aktar kien ikun ic-cans li it-tifal tizzewweg. Imma il-faqar tieghu ma kienx jippermettilu li jtihom dota u ghaldaqstant dawn kienu ser jibqghu xebbiet. Misterjosament fit-tlett okazzjonijiet xi hadd kien jitfa' mit-tieqa borza deheb li kienet issib ruhha fil-kalzetti li kienu quddiem in-nar tac-cumnija biex jinxfu. Il-missier kollu ferhan seta' jatihom id-dota biex jizzewwgu. U hekk baqghet l-uzanza li t-tfal idendlu kalzetta biex San Nikola jimlihilhom bir-rigali.

Storja ohra titkellem minn tlett zaghzagh seminaristi li kienu qed jivvjagaw lejn Ateni. Sid il-lukanda li fiha waqfu mal-lejl, bniedem hazing ghal ahhar biex jisraqhom qatilhom u heba il-fdalijiet taghhom gewwa garrar kbar li kienu jservu biex jippreserva l-ikel. Gara li San Nikola waqaf ukoll fl-istess lukanda u mnebbah f'holma b'dan il-fatt ikrah, talab u sejjah lil lukandier biex iwiddbu bil-qtil faxhi tieghu. Waqt li San Nikola kompla jitlob dawn it-tlett zaghzagh mill-gdid hadu l-hajja. Fi Franza din l-istess storja hija irrakontata bi tlett itfal flok zaghzagh li tilef triqthom waqt li kienu qed jilghabu. Wiehed tal-laham hatafhom u qatilhom izda ghat-talb ta' San Nikola t0tfal hadu l-hajja u seta' jtihom lura lill-familji taghhom. Minn dak in-nhar San Nikola baqa' mizmun bhala l-protettur tal- tfal.

San Nikola huwa maghruf ukoll bhala l-prottetur tal-bahhar u tal-vjaggaturi. Wara li ghamel vjagg geww l-art imqaddsa, huwa rritorna lura lejn pajjizu, izda waqt il-vjagg tempesta qalila kienet ta' theddiha ghal- hajtu u hajjet il-bahrin u vjaggaturi ohra. Ghalhekk kollu gabra huwa talab b'herqa kbira hekk li ir-rih u l-mewg waqfu instantanment. Kulhadd baqa' mistghageb li salva mill-gharqa.

Stejjer ohra jirrakontaw li salva popli mill-guh u heles ohrajn akkuzati bla htija u hafna aktar U ta' dan kollu hu ma kien jistenna xejn.

San Nikola kien popolari fost il-bahhara li kienu jirrakontaw hafna stejjer fuq il-qaddis. Madwar hafna portijiet inbnew kappelli f'giehu u l-popolarita tieghu xterdet matul iz-zminijiet tan-nofs gewwa l-Italja, Sqallija, il-Grecja, Franza u hafna ibliet ohra gewwa il-Germanja, l-Awstrija, l-Isvizzera, il-Belgiu u r-Russja.

Tant kien meqjum dan il-qaddis li insibu aktar minn 2000 knisja dedikati ghalih fosthom 300 gewwa l-Belgju, 34 gewwa Ruma, 23 fl-Olanda u aktar minn 400 fl-Ingilterra.

Il-qabar ta' San Nikola sar post popolari ghall-pellegrinaggi, imma l-hafna gwerrer u attakki gewwa r-regjun ta' Myra kienu ta' thassib ghal xi nsara li ghada pitghada ma jkollhomx access ghal qabru. L-ibliet ta' Venezja gewwa l-Italja hadmu pjan biex jisirqu l-fdalijiet tal-qaddis. Kien zmien ir-rebbiegha meta bahrin minn Bari irnexxilhom jiehdu l-gisem tal-qaddis minn Myra u jzommuh b'qima kbira gewwa Bari. Imbniet knisja mill-isbah ad unur dan il-qaddis.

Matul iz-zminijiet San Nikola sab ruhu meqjum mill-insara, ortodossi u anke protestanti. Il-festa tieghu hija celebrata fis-6 ta' Dicembru u f'hafna lokalitajiet hija l-bidu tac-celebrazzjonijiet tal-Milied. Fil-Germanja tfal jilbsu ta' isqfijiet u jitolbu l-karita', Fl-Olanda u l-Belgju San Nikola jasal bil-vapur minn Spanja biex jirkeb ziemel abjad u jqassam rigali zghar. Infatti s-6 ta' Dicembru huwa l-jum li fih jitqassmu r-rigali. B'hekk il-jum tal-Milied ikun iffokat fuq it-Tarbija Gesu'.