IT-TRADIZZJONIJIET TA' JUM IT-TLETT REJIET FI SPANJA

Immedjatament wara Jum l-Ewwel tas-Sena, l-Ispanjoli jippreparaw ghal wahda mill-aktar festi magici u sinifikanti taghhom: Jum it-Tliet Rejiet jew il-Magi, 

iccelebrat fis-6 ta’ Jannar. Din il-gurnata, imsejsa fl-istorja bibblika tal-ghorrief li gew biex iqimu lit-tarbija Gesù, hija wahda mill-eqdem u l-aktar tradizzjonijiet gheziez fi Spanja.

L-istorja ta’ Jum il-Magi tmur lura ghal zminijiet antiki. Din il-festa ghandha gheruq Insara u hija konnessa mal-Vangelu ta’ Mattew, li jsemmi rgiel ghorrief li jsegwu kewkba biex isibu u jqimu lil Gesù li ghadu kif twieled. Maz-zmien, il-festa kisbet karatteristici nazzjonali unici f'pajjizi differenti, specjalment fi Spanja, fejn saret parti mit-tradizzjonijiet nazzjonali.

Fi Spanja, Jum il-Magi mhuwiex biss festa religjuza, izda wkoll zmien ghall-ferh u celebrazzjonijiet tal-familja. It-tradizzjonijiet ewlenin jinkludu:

Parati: L-aktar parti spettakolari tac-celebrazzjoni huma l-parati, li jsiru lejlet il-festa, 5 ta’ Jannar. F’dawn il-parati jippartecipaw atturi lebsin tal-Magi bibblici, kif ukoll diversi karattri ohra fuq pjattaformi li bihom jaghmlu l-ispettaklu. Ir-Rejiet jitfghu helu u rigali zghar lit-tfal.  Dawn il-parati li ghalihom jattendu numru kbir ta’ familji bit-tfal jsiru f’kull parti ta’ Spanja.

Rigali: F’dan il-jum, hija drawwa li jinghataw rigali, bhalma l-Magi gabu rigali lil Gesù Bambin. Dan huwa specjalment importanti ghat-tfal, peress li dan huwa z-zmien meta jircievu l-bicca l-kbira tar-rigali tal-Milied taghhom. 

Helu tal-Milied: Tradizzjonalment, ir-“Roscon de Reyes” – ghagina helwa forma ta’ kuruna li spiss ikun fiha sorpriza gewwa – tigi ppreparata f’dan il-jum.

Servizzi Religjuzi: Minkejja c-celebrazzjonijiet tal-festi, hafna Spanjoli jattendu wkoll servizzi tal-knisja biex ifakkru s-sinifikat religjuz ta’ dan il-jum.

Jum il-Magi ghandu sinifikat kulturali u religjuz immens fi Spanja. Mhux biss ifakkar l-istorja bibblika izda jenfasizza wkoll l-importanza tat-tradizzjonijiet tal-familja, l-ghoti, u l-qsim. Din il-gurnata sservi bhala konkluzjoni mill-isbah ghall-istagun tal-Milied u hija element ewlieni tal-wirt kulturali ta' Spanja.

Wara l-ikel il-familja Spanjola tingabar madwar il-mejda biex jaqsmu il-kejk tradizzjonali msejjah Roscón de Reyes – kejk ċirkolari mimli bil-krema . Jekk fil- porzjon li jmissek issib figurin ta’ re - inti re ghall-gurnata. Jekk madankollu, ikollok fazola, trid thallas ghall-kejk.

Tradizzjoni ohra fil-familja hija li wara l-parata ta’ lejlet l-Epifanija qabel ma t-tfal imorru jorqdu fis-sodda, ihallu tliet oggetti mal-bieb: dixx ilma u huxlief ghall-igmla; turrón u forsi tazza nbid jew sherry ghar-Rejiet; u par zraben li fihom jittamaw li l-Magi ihallu rigali .