TRE RE JEW EPIFANIJA


Ghalkemm ghal hafna it-tahbit tal-Milied ikun ghadda fis-26 ta’ Dicembru, matul l-istorja nisranija il-Milied idum 12 il-jum, sas-6 ta’ Jannar. Din il-festa li timmarka tmiem il-Milied tissejjah Epifanija.

Fir-rit Latin tal-Knisja Kattolika, l-Epifanija ticcelebra r-rivelazzjoni li Gesu’ hu l-Iben ta’ Alla. Principalment tiffoka fuq din ir-rivelazzjoni lit-Tlett Ghorrief, imma anke l-Maghmudija ta’ Kristu fil-Gordan flimkien mat-Tieg ta’ Kana jkomlu jishqu fuq din il-verita’.

Fir-rit tal-Lvant tal-Knisja Kattolika, Teofanija – hekk hija maghrufa u msejha l-festa ta’ l-Epifanija fil-Lvant- tikkommemora l-manifestazzjoni tad-divinita’ ta’ Gesu’ fil-Maghmudija tieghu fix-xmara Gordan.

Filwaqt li d-data tradizzjonali ghal din il-festa hija is-6 ta’ Jannar, f’xi pajjizi bhalma hija l-Amerka u Malta l-Epifanija hija immexxija ghall-Hadd ta’ wara fuq is-6 ta’ Jannar. Hija festa li tmur aktar  ‘l hemm milli wiehed joffri r-rigali tieghu lill-hbieb u familjari tieghu.

Wiehed sacerdot tar-rit Melkita fi hdan il-Knisja Kattolika qal li wiehed ma jista’ qatt jifhem il-Milied minghajr Teofanija jew minghajr l-Epifanija. Ir-revelazzjoni ta’ Kristu bhala l-Iben Alla kemm bhala tarbija kif ukoll waqt il-Maghmudija tieghu, jaghtu tifsira qawwija lill-misteri tal-Milied. 

L-ORIGINI TA’ L-EPIFANIJA

Fl-Occident ic-celebrazzjoni ta’ l-Epifanija  u dik tat-Teofanija fil-Lvant  sviluppaw it-tradizzjonijiet taghhom u t-tifsiriet liturgici taghhom matul iz-zminijiet.

Fiz-zminijiet bikrija tal-Knisja, l-insara partikularment dawk tal-Lvant kienu jiccelebraw il-migja ta’ Kristu fis-6 ta’ Jannar billi jikkommemoraw in-Nativita’, iz-Zjara tal-Magi, il-Maghmudija ta’ Gesu’ u t-Tieg ta’ Kana, ilkoll f’jum wiehed. Mir-raba seklu ‘l quddiem, kemm il-Milied kif ukoll l-Epifanija bdew jigu celebrati separatament f’xi djocesijiet. Fil-Koncilju ta’ Tours fis-sena 567, il-Knisja waqqfet ufficjalment il-Milied u l-Epifanija bhal festi separati li kellhom jigu mharsa fil-25 ta’Dicembru u s-6 ta’ Jannar, rispettivament u semmiet dawk it-tnax il-jum bejnithom bhala l-istagun tal-Milied.

Mal-moghdija taz-zmien il-knisja sseparat il-bqija tal-festi f’celebrazzjonijiet ghalihom u halliet ic-celebrazzjoni ta’ l-Epifanija biex tikkommemora primarjament iz-zjara tal-Magi lit-tarbija Gesu’ fis-6 ta’ Jannar. Sadanitant ic-celebrazzjoni tat-Teofanija fil-knejjes tal-Lvant, timmanifesta l-Maghmudija ta’ Kristu u hija wahda mill-festi l-aktar qaddisa fil-kalendarju liturgiku. 

TRADIZZJONIJIET RUMANI

Ma’ din il-festa hemm marbuta numru ta’ tradizzjojijiet. Hekk li bhala parti tal-liturgija, hija tradizzjoni li jigu proklamati l-jiem u d-dati ta’ l-Ghid u festi ohra li jimxu mieghu.

Tradizzjonijiet kulturali ohra nibtu minn din il-festa fi Spanja, Franza u l-Irlanda, fost pajjizi ohra.

Gewwa l-Italja, La Befana ggib helu u rigali mhux fil-Milied izda fil-jum ta’ l-Epifanija. Hafna tfal f’diversi pajjizi ta’ l-Amerka Latina, il-Filippini u Spanja ukoll jircievu r-rigali taghhom fil-festa tat-Tre Re jew il-Magi.

Gewwa l-Irlanda, il-kattolici jiccelebraw il-Milied tan-Nisa ( Women’s Christmas, fejn in-nisa jiehdu jum ta’ mistrieh mix-xoghol taghhom fid-dar u jiccelebraw flimkien b’ikla specjali.  L-Epifanija fil-Polonja, il-kattolici jiehdu maghhom il-gibs flimkien ma’ deheb, incens u mirra biex jitbierku fil-Quddies. Lura d-dar, il-familji jitkbu bil-gibs l-ewwel zewg numri tas-sena , u wara l-ittri K+M+B+ u imbaghad l-ahhar zewg numri tas-sena fuq kull bieb ta’ kull dar. Dawn l-ittri jfissru l-ismijiet tat-tlett rejiet, Kasper, Melchior, Batlassar u ghandhom tifsir ohra tal-frazi latina “Christus Mansionem Benedicat,” jigifieri Kristu bierek din id-dar.

Ta’ min jghid hawn li ceremonja simili, fejn jitbierek il-gibs biex lura d-dar il-fidili jiktbu l-ittri K+M+B+ issir ukoll gewwa l-parrocca tar-Rahal il-Gdid, Malta. Ma nafx jekk ceremonja simili ssirx f’parrocci ohra.

F’hafna partijiet ohra tad-dinja, il-Kattolici jiccelebraw l-Epifanija b’kejk imsejjah il-Kejk tar-Rejiet (King’s Cake): kejk helu li kultant jkollu fih oggett bhal figurin zghir, jew lewza wahda. Min isib l-oggett jircievi trattament specjali matul dak il-jum.

Hemm hafna hwejjeg misterjuzi fuq l-Magi: Kemm kienu, isimhom, imma nafu zgur li kienu nies ghaqlin, sinjuri kbar u fuq kollox kuraggjuzi, ghax kienu lesti li jiehdu kull riskju biex ifittxu ghall-verita’. It-tfsira tar-rigali taghhom kienet wahda li turi d-Divinita’ ta’ Kristu (incens), ir-Regalita’ tieghu bhala Re tar-rejiet  ( deheb) u fuq kollox li dan ir-re kellu jghaddi mit-tbatija (mirra – sustanza li tintuza fid-dfin).

Fil-Lvant il-festa tat-Teofanija ma ticcelebrax biss ir-rebha ta’ Kristu fuq id-dnub bis-sahha tal-maghmudija, imma –rivelazzjoni ta’ Alla li Kristu hu l-Iben tieghu u li dak il-mument kien il-bidu tal-ministeru tieghu. Il-maghmudija tal-Mulej, bhall-Milied ma hiex grajja storika biss u nieqfu hemm, izda hija r-rivelazzjoni ta’ Alla.

Biex ifakkru dan il-jum, il-kattolici tal-lvant ibierku l-ilma tal-battisterju. Wara l-fidili jixorbu minn dak l-ilma u jiehdu maghhom flixken mimlija bl-ima imbierek fi djarhom biex iservi ta’ fejqan mhux biss materjali, izda wkoll spiritwali. Xi whud jieklu helu msejjah awamat li hija speci ta’ ghagin moqlija sakemm din titla’ fil-wicc u imbaghad tinkesa’ bl-ghasel.

Xi djar jitbierku f’dak il-jum mill-kappillan tal-post. Dan jiddependi skont il-hin disponibbli ghall-kappillan.