KIF JIFIRHU FIL-MILIED


Sikwit tisma’ lil min jghid li l-Milied saret festa tal-kummerc u flus izda hawn nies li fis-satra ta’ darhom jingabru u jiehdu gid spiritwali mill-uzanzi li wirtu minghand il-familja taghhom.  B’hekk il-Milied ikun gabilhom il-ferh li ma jehodulhom hadd.

 XHIEDA

 C. Terry minn Texas tirrakonta li kull lejlet il-Milied, immaterjali kemm nidhlu tard wara xi zjajjar lil niesna, ikun dejjem il-hin li ningabru madwar il-presepju.

 “Fil-familja taghna ghandna l-uzanza li kull lejlet il-Milied jiena ningabar ma’ l-erba’ uliedi (etajiet 15 – 12 – 8  - 5) u flimkien nibnu ix-xena tat-twelid ta’ Gesu’.”

 Waqt li hija taqra mill-Vangelu l-grajja tat-twelid ta’ l-Iben t’Alla kull membru tal-familja jqieghed f’postu x-xbiha tal-persunagg li l-istorja tkun qed titkellem fuqu.  Meta l-istorja tinqara kollha, ix-xena tan-nativita’ tkun kompleta. Wara niddiskutu l-veru tifsira tal-Milied.

Dak li jaghmel il-Milied specjali ghalina huma t-tradizzjonijiet li ahna writna minghand in-nanniet u l-genituri taghna.  Jekk ma ghandik tradizzjonijiet xi thares, ikkonsidra tohloq tradizzjonijiet godda li tista’ tibda tghaddi lill-membri tal-familja tieghek.

 C. Terry, Texas

 
Kull membru ta’ familja tieghi jikteb il-grazzji  li ircieva minn Alla fil-ktieb li ahna nsejhulu’ “Il-Ktieb tal-Barkiet.”  Huwa ktieb imzejjen li nuzaw kull sena sakemm tintela’ kull pagna. Huwa haga ghaziza hafna ghalina.

 Qabel nifthu r-rigali taghna, naqraw l-istorja tat-twelid ta’ Kristu.

 Melanie from KY

 

Il-familja taghna tara liema huma dawk in-nies li minhabba l-htiega ta’ dmirijiethom ikollhom jahdmu f’dak il-jum tal-Milied biex jaghtu servizz lil kommunita’. (Pulizija, tobba, infermiera etc.)  Tul il-jiem ta’ qabel il-familja tieghi tkun ippreparat ir- rigali u helu biex f’dan il-jum noffruhomlhom. Infisser lil uliedi kemm ahna xxurtjati li l-familja taghna hi maghquda flimkien biex nghixu din il-gurnata flimkien. Imma xi familji jkollhom jinfatmu mill-missier ghaliex is-servizz tieghu hu mehtieg ghall-komunita’.  Din hija barka mis-sema.

 Xi jiem qabel ahna nzejnu kaxxa imdaqsa biex  tkun tista tilqa’ ir-rigali li kull membru tal-familja jhossu liberu li joffri lil Gesu’.  Il-kaxxa tinfetah f’jum il-Milied wara li nkunu kantajna ghanja ta’ ferh lil Verb Divin. Niftakar li f’okazzjoni wahda Gesu’ kien ircieva cavetta b’nota memuzha maghha li kienet titkellem fuq li “niftah qalbi berah ghalik.”  Membru iehor tal-familja tieghi pogga arlogg b’nota li tispjega li “sejjer noffrilek aktar zmien” u iehor pogga poezija li espremiet l-imhabba tieghu lejn Gesu’ u offra l-impenn tieghu li juza dan it-talent ghat-tixrid tas-saltna ta’Alla.  Nerfghu kollox biex wara sena nezaminaw ruhna jekk dak li offrejnilhu verament inkunux tajnihulu.

 Rachel, Lake Charles, LA



 F’jum il-Milied filghodu wahda mit-tlett uliedna tpoggi x-xbiha ta’ Gesu’ fil-maxtura.  Il-presepju ikun diga’ armat, izda minghajr il-bambin. Iehor izomm xemgha filwaqt li t-tielet wiehed jixghelha.  Inqeghduha qrib il-presepju u flimkien inkantaw qabel nifthu r-rigali.

 Il-Familja Reno

 

Leljiet kull Milied zewgi, jiena u z-zewgt uliedna ningabru madwar il-presepju bit-tazzi tal-cocoa f’idejna u naqraw l-istorja tat-twelid ta’ Gesu’ Bambin mill-Bibbja li ghandna fil-familja. Ilna naghmlu hekk sa mit-twelid taghhom.  Huwa zmien specjali ghalina. Ahna niktbu kull barka u grazzja fuq karta u indendluhom mas-sigra tal-Milied. Imbaghad fil-jum tal-Milied naqrawhom u nitolbu. Dan iz-zmien hu ghal qalbna hafna. Wasalna biex sahansitra din il-haga naghmluha bosta drabi matul is-sena ghax inhossu u nifhmu li Kristu hu Kristu s-sena kollha.

 Mrs. Brittany Smith