PRESEPJI B'DIFFERENZA

IL-PRESEPJI TAR-RAMEL



Biex isir presepju tar-ramel, l-artist juza' ramel u ilma. Ir-ramel irid ikun nadif kemm jista' jkun, hieles minn xi gebel zghir, zrar jew bicciet ta' l-injam, caghaq jew bicciet ta' arzell, jew truf ta' sigarretti, ghaliex dawn l-impuritajiet jimpeddixu lil iskultur li johrog figura perfetta kif ikun xtaq. Wiehed jifhem li ma tistax taghrbel ramel imxarrab. Ghalhekk l-artist irid jara li l-fonti minn fejn igib ir-ramel, ikunu fonti li ghandhom impuritajiet mill-anqas. Jista' l-artist qabel jibda' ix-xoghol tieghu jnaddaf ir-ramel permezz ta' raxketta.


Wara li jxarrab ir-ramel bl-ilma bahar, xoghol l-iskultur huwa li jnaqqax il-massa tar-ramel u mhux jaghtiha l-forma daqs li kieku kellu xi bicca plastacine. L-artist irid inaqqax bil-mod il-mod ghax jekk inehhi izejjed ikun difficli li jimla' r-ramel li jkun nehha billi z-zieda ma tkunx tista taqbad bizzejjed mal-massa tar-ramel. Qatt ma ghandu jahdem taht xemx tisreg izda taht umbrella jew saqaf ghaliex is-shana tax-xemx tixrob l-umdita; li hija s-sies li tghaqqad ir-ramel.



Ghal l-iskulturi li jitqieghdu barra u allura huma esposti ghal elementi tan-natura, bhalma huma x-xemx, ix-xita goffa u bil-qliel, u anke r-rih, il-presepju jew l-opra ohra tinghata kisja ta' kolla imhallta bl-ilma biex jifforma ghata irqieqa u r-ramel isir b'sahhtu. B'hekk il-hajja ta' l-opra titwal.


Jekk ix-xita tkun wahda qalila bhal nghidu ahna xi maltempata tas-sajf taf tkun ta' hsara irreparabbli ghax-xoghol tar-ramel, filwaqt li ghall-kuntrarju jekk tkun xita hafifa din tkun ta' ghajnuna biex l-opra tar-ramel li tkun tilfet hafna mill-umdita bir-raggi tax-xemx, terga' takkwista l-ilma li tkun tilfet.

Kemm iddum l-opra jiddependi minn hafna fatturi. It-tip ta' ramel li jintuza flimkien mal-fatt ta' jekk l-iskutura tinsabx barra jew gewwa taht xi tinda, jghin hafna biex ix-xoghol idum

. Ramel fin u ambjent maghluq u klima kontrollata huma fatturi li jghinu l-iskultura tar-ramel  iddum hafna, anke snin.   Jekk it-temperatura tkun wahda shuna u niexfa stenna li x-xoghol jiddeterjora; jekk ir-ramel ikun pjuttost oxhon id-deterorazzjoni issir aktar malajr u kollox isir gozz ramel niexef.

Ir-ramel izomm flimkien bis-sahha ta' l-ilma u l-iskultur ikun kapaci li johrog b'artisitku u sabih l-ideja li jkollu f'mohhu.

Dwar l-ghodda li juza' l-iskultur ma hemm ebda regola. Kull skultur juza' l-ghodda li jippreferi, kollox jiddependi minn dak ir-rizultat li jixtieq johrog. Madanakollu l-ghodda bazici huma ftit u l-istess ghal kulhadd. Spatula,  kazzola u pala ta' kull daqs huma dawk komuni, filwaqt li biex johrog effetti dettaljati juza' pinzetti.

Ir-ramel fin tax-xtajtiet huma tradizzjonalment idejali,  imma r-ramel tax-xmara instab li huwa ahjar ghaliex fih ghandu certu percentagg ta' hama u tafal li jghinuh izomm aktar maghqud.

F'diversi lokalitajiet gewwa l-Italja jinhadmu presepji ta' dan it-tip minn artisti ta' hila kbira u li jigbdu lejhom numru kbir ta' turisti u vizitaturi.