SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED
CAROL SINGING
 L-Innijiet tradizzjonali tal-Milied jew kif inhuma maghrufa l-"Carols" tradizzjonali tal-Milied huma kant religjuz profond li jiffoka fuq it-twelid ta' Gesu'.


Hafna pajjizi ghandhom il-kant tradizzjonali taghhom: Italja, Franza, Ingilterra, Malta, Spanja huma fost il-pajjzi li jistghu jiftahru li ghandhom dan il-wirt ta' kant tal-Milied.


L-innijiet  kienu kantati ghal l-ewwel darba fl-Ewropa eluf ta' snin ilu, imma dawn ma kienux Carols tal-Milied. Kienu innijiet pagani li kienu jitkantaw fic-celebrazzjonijiet ta' Jum ix-Xitwa meta l-jum ikun l-iqsar wiehed, (solstice) waqt li n-nies kienu jizfnu madwar crieki maghmula mill-gebel. Dan il-jum kien jigi mhares bejn wiehed u iehor fit-22 ta' Dicembru.  Il-kelma Carol tfisser tizfen jew tkanta radd il-hajr jew ferh. Dan il-kwalita' ta' kant kien ikun miktub  u kantat matul l-erba staguni izda dak tradizzjonali li jitkanta fi zmien il-Milied baqa' biss haj.

L-insara ta' l-ewwel sekli hadu dawn l-innijiet u bdew ikantawhom fil-Milied fuq tema religjuza konnessa ma' l-istess festa. Ftit wara s-sena  760 AD hafna komposituri fl-Ewropa bdew jiktbu l-innijiet taghhom imma ma kienux jintghogbu minn hafna nies billi kienu miktuba bil-Latin, lingwa lil l-poplu tat-triq ma kienx jifhem. Sa sena 1200 hafna nies tilfu l-interess li jiccelebraw flimkien il-Milied.

Imma kien Sa Frangisk minn Assisi li fis-sena 1233 ta spinta' lill-Milied. Huwa beda' jaghmel drammi fuq in-Nativita' gewwa l-Italja.  L-atturi kienu jkantaw innijiet relatati li kienu jirrakontaw l-istorja tal-Milied u ghalkemm dawn kienu bil-Latin, in-nies ghal inqas setghet tifhem xi ftit ghax kienet qed tara b'ghajnejha dak li kien jitkanta. Dawn l-innijiet malajr xterdu ma' Franza, Spanja l-Germanja u lokalitajiet ohra gewwa l-Ewropa.

L-aktar Carol qadima nkitbet fis-sena 1410 u sfortuatament bicca zghira biss ghadha tezisti.  L-innu kien jirrakonta l-laqgha ta' Gesu' u Marija ma' nies differenti gewwa Betlehem. Hafna mill-Carols ta' dawn iz-zminijiet u ta' zmien  ta' Elizabetta kienu stejjer fittizji bazati fuq l-istorja tal-Milied, fuq il-Familja Mqaddsa u aktar kienu jittiehdu bhala kant ta' divertiment milli relgjuz. Kienu aktar jitkantaw fid-djar milli fil-knejjes. Kantanti li kienu jigru minn post ghal iehor kienu jkantaw dawn l-innijiet u kliemhom kien jimbidel biex jaghtu gost lin-nies tal-lokal, kull fejn kienu jmorru.

Meta Oliver Cromwell u l-Puritani telghu fis-setgha gewwa l-Ingilterra fis-sena 1647, ic-celebrazzjonijiet tal-Milied u l-kant tal-Carols waqfu hesrem. Madankollu l-Carlos salvaw billi n-nies kienet tkanthom fil-privat. Il-Carols baqghu siekta saz-zmien Vittorjan meta zewg irgiel, William Sandys u Davis Gilbert gabru hafna muzika qadim tal-Milied mill-villaggi gewwa l-Ingilterra.

Qabel ma l-kant tal-Carols fil-pubbliku sar popolari, kien hemm xi drabi kantanti tal-Carols ufficjali msejha "Waits".  Dawn kienu gruppi ta' nies immexxija minn kapijiet lokali li kellhom ufficju pubbliku. Dawn kien jsejhulhom Waits ghaliex kienu jkantaw biss lejliet il-Milied meta, allura, kien jinghata bidu ghac-celebrazzjonijiet tal-Milied.

Kien ukoll f'dan iz-zmien li hafna orkestri u korijiet kienu qed jitwaqqfu fl-ibliet ta' l-Ingilterra u n-nies riedet kant al-Milied xi tkanta, u ghaldaqstant il-Carols saru popolari.  Hafna mill-Carols bhal Good King Wenceslas kienu miktuba fi zmien l-era Vittorjana.

Hafna servizzi ta' Carols bdew jitwieldu u saru popolari fosthom il-kant tal-Carols fit-toroq.  Wiehed mis-servizzi popolari huma Carols by Candlelight. Il-knisja matul dan is-servizz tintefa' fid-dlam u tkun mixghula biss mid-dwal tax-xema li johloq atmosfera tassew pjacevoli u addatata. Dan il-kwalita' ta' servizz jsir f'hafna bnadi fid-dinja.  Servizz ta' Carol Singing iehor jista' jkun il-Qari ta' Disa' Lezzjonijiet u kant tal-Carols bejnithom.