SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED
FATTI FUQ IS-SIGRA TAL-MILIED
 
 Sa mis-sena 1850 is-sigar tal-Milied kienu jinbieghu kummercjalment gewwa l-Istati ta’ l-Amerka.
 
Fis-sena 2002 l-Istati ta’ Oregon, North Carolina, Michigan, Pennsylvania, Wisconsin, Washington, New York u Virginia kienu l-istati li l-aktar ipproducew Sigar tal-Milied, bl-istat ta’ Oregon jlahhaq il-produzzjoni ta’ madwar 6.5 miljun.
 
Ghalkemm jinzerghu 2000 kull medda ta’ 4047 metru kwadru huma biss 1000 – 1500 li jghixu. Dawn jehtiegu li jkunu mizbura biex ikollhom id-dehra ta’ sigra tal-Milied. Meta jilhqu t-tul ta’ sitta jew seba’ piedi ikunu lesti biex jinqatghu.
 
Fl-Amkera hemm aktar minn 21, 000 persuna li jkabbru is-sigra tal-Milied.
 
Fis-sena 1979 is-sigra nazzjonali tal-Milied ma kienitx mixghula hlief ghall-quccata bhala unur lill-ostaggi amerikani fl-Iran.
 
Mis-sena 1887 sas-sena 1933 skuna tas-sajd il-“ Christmas Ship” kien jankra gewwa Chicago u jbiegh is-sigar minn Michigan lin-nies ta’ Chigaco.
 
Sa mis-sena 1966 l-Assocjazzjoni Nazzjonali tas-sigra tal-Milied taghti wahda lill-Presidnet u l-familja tieghu.
 
L-ewwel sigra dekorata tal-Milied insibuha gewwa Riga, fil-Latvia fis-sena 1510.
 
Is-sigar tal-Milied jiehdu madwar 7 sa 10 snin biex jimmaturaw u jghinu biex l-arja titnaddaf mit-trab
 
Madwar 100,000 ruh huma mpjegat fl-industrija tas-sigar tal-Milied.
 
Fl-antik qabel l-invenzjoni tal-lampa, is-sigra tal-Milied kienet tinxtghel permezz tax-xema zghar.
 
Fis-sena 2007 is-suq gab l-eqwivalenti ta’ 1.3 biljun dollaru ghal 31.3 sigra tal-milied li nbieghu.
 
Biex jingarru s-sigar tal-Milied mill-“farms” jintuzaw il-“helicopters”.
 
93 fil-mija ta’ dawk li jixtru sigra tal-Milied naturali jirriciklaw is-sigra taghhom permezz tal-programm tar-riciklagg fil-kommunita’, fil-gnien jew il-bitha.
 
Madwar 30 – 35  miljun sigra tal-Milied jimbieghu kull sena gewwa l-Istati ta’ l-Amerka.