SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED
IL-CHRISTMAS CRACKERS
Gewwa r-Renju Unit ma hemmx Milied veru jekk ma jkunx akkumpanjat mill-“Christmas Crackers”. Kienu manifatturati ghal-ewwel darba gewwa Londra minn haddiem tal-helu jismu Tom Smith.

Lejla wahda kien qed ihares lejn hatba jew zokk ta’ sigra jaqbad u l-imaginazzjoni tieghu xeghlet meta beda’ jilmah ix-xrar itiru u jfaqqghu mill-fjammi li kienu hergin. Ghaddielu hsieb minn mohhu x’idea tajba tkun li kienu l-helu u l-loghob tieghu jkunu jistghu jinfethu b’tifqiegha meta l-karta kulurita li fihom kienu imgezwrin jkunu migbuda.

Il-“Crackers” tal-lum huma tubi qosra tal-kartun imgezwra b’karti kuluriti. Normalment ikun hemm” cracker” hdejn kull platt fuq il-mejda ta’l-ikla tal-Milied. Meta l-“cracker” tingibed jinstema’ hoss u xi kappell kulurit, jew rigal ckejken jew cajta ta’ l-okazzjoni tisvela ruhha quddiem min ikun fetahha.

L-ikbar “cracker” li qatt saret kienet twila 181 pied u hdax-il pulzier u kellha diametru ta’ 11-il pied u 9 pulzieri. Saret fis-sena 1998 fix-hopping Mall gewwa Sydney, fl-Awstralja. Tistghu tahsbu x’tifqiegha nstemghet.!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!