SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED
IL-GIRLANDA TAL-MILIED
L-origini tal-girlanda ta' l-Avvent gejja mill-uzanzi tal-poplu Germaniz, minn zmien antik hafna, li matul il-jiem kiesha u mudlama ta' Dicembru, kienu jigbru haxix ahdar , u jixghelu d-dwal bhala sinjal ta' tama ghar-rebbiegha li tkun riesqa.

L-insara zammew dawn it-tradizzjonijiet popolari hajjin u matul is-sittax-il seklu kienu juzaw dawn is-simboli matul l-Avvent biex jiccelebraw it-tama taghhom fil-Mulej Gesu', id-Dawl ta' dejjem. Mill-Germanja din l-uzanza xterdet f'nahat ohra tad-dinja nisranija.

Tradizzjonalment, il-girlanda hija maghmula minn erba' xemghat, imqieghda fuq haxix ahdar mahdum f'forma ta' cirku. Tlieta mix-xemghat ikunu ta' kulur vjola u l-ohra tkun ta' lewn roza. Jistghu jintuzaw erba xemghat jew kollha vjola jew kollha bojod. Kuljum tul l-Avvent ix-xemghat jinxteghlu u jinghad xi talb biex b'hekk wiehed jithejja sewwa ghac-celebrazzjoni tal-migja tal-Messija fostna l-bnedmin. Tinxtghel xema wahda fl-ewwel gimgha, zewgt xemghat fit-tieni gimgha, tlieta fit-tielet gimgha u erba fir-raba gimgha sa l-24 ta' Dicembru, hekk li meta jkun riesaq il-jum tal-Milied jaghtu dehra ta xemghat imtarrga.

Ghalkemm is-simbolu tax-xemghat jista jkollu hafna tifsiriet, l-aktar popolari huwa dan li gej:

    L-EWWEL XENA  - TAMA
   

   
       IT-TIENI XEMA - IMHABBA
   

IT-TIELET XEMA - FERH GHAX IL-MULEJ HU FIL-QRIB
   


IR-RABA XEMA PACI

Jekk tintuza il-hames xema li tkun ta' lewn abjad u li tinxtghel fil-lum tal-25 ta' Dicembru - Il-Messija twieled fostna.

 Ghandhom ukoll tifsira li iz-zmien ghall-migja tal-Mulej dejjem jonqos sa ma jasal dak il-jum ta' Ferh - 25 ta' Dicembru fejn nilqghu lil Mulej fostna.

Migbura madwar il-Girlanda, il-familja ghandha titlob flimkien biex b'mod aktar migbur tipprepara ruhha ghall-migja tal-Messija. Ir-Ruzarju, qari mill-Bibbja u talb iehor huma kollha mezzi biex nilqghu lil "Emanuel."