SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED
IL-KALENDARJU TA' L-AVVENT

 Tradizzjoni popolari hafna li bdiet fil-Germanja tard fis-seklu 18 kienet dik tal-Kalendarju ta' l-Avvent. Dan hu mezz ta' kif wiehed jghodd kemm ikun fadal jiem ghall-Milied. Normalment dan il-kalendarju zghir ikun fih 24 tieqa, (ghax jibda mill-l-ewwel jum ta' Diecembru u jibqa' sejjer sa' l-lejliet il-Milied, l-24 ta' Dicembru) li meta tinfetah tidher stampa b'konnessjoni ma' dawn iz-zminijiet. Xbihat ta' xi anglu, maxtura, kwiekeb huma komuni hafna, izda l-ahhar jum dejjem kien jispicca bil-Bambin fuq it-tiben fil-maxtura. Originarjament dawn l-immagini tal-kalendarju kienu mehuda mill-Bibbja Lhudija.

Din it-tradizzjoni popolari malajr infirxet fl-Ewropa u l-Amerka ta' fuq. Hija hasra li hafna mill-Kalendarji ta' l-Avvent ma ghandhomx kontenut religjuz u kull messagg religjuz qed ikun mitluf.