SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED
IL-PRESEPJU TAL-MILIED GEWWA POSTONJA
SLOVENJA


Il-pijunier tal-presepju huwa bla dubju San Frangisk minn Assisi li holoq l-ewwel xena tan-nativita’ ta’ Gesu’ gewwa ghar fi Greccio.

Il-lum hemm numru li ma jispicca qatt ta’ verzjonijiet differenti tax-xena tat-twelid ta’ Kristu. Presepji tal-kartapesta, presepji tal-gagazza, presepji ta’ materjal ricikabbli etc dejjem ipprezentati skont l-idea u s-sens artistiku ta’ min johloq il-presepju.

Il-lum il-gurnata ma nsibux presepji statici jew mekkanizzati biss, izda ukoll presepji hajjin jigifieri li l-figuri tieghu jkunu l-istess bnedmin. Wiehed minn dawn il-presepji hajjin insibuh gewwa l-gherien ta’ Postonja fis-Slovenja.

Li jaghmel dan il-presepju haj hekk specjali huwa l-fatt li dan hu mwaqqaf skond ma hu miktub fil-vangelu ta’ San Mattew u San Luqa. Ma hux biss limitat ghat-twelid tal-Messija, izda ghall-grajjiet li sehhew kemm qabel it-twelid kif ukoll wara t-twelid tal-Messija. Il-presepju jibda’ bit-thabbira tat-twelid tal-prekursur il-Battista, il-Vizitazzjoni, it-thabbira lir-Rghajja etc.



VIZITATURI DEHLIN GEWWA L-GHERIN TA' POSTONJA BIEX IZURU L-PRESEPJU HAJ

WAHDA MIX-XENI - IS-SLATEN MAGI


XENA OHRA PRINCIPALI - IT-TWELID TAL-MESSIJA

Il-wirjiet f’dan il-post huma miftuha ghall-pubbliku skond skeda approvata u mhux kuljum.  F’xi granet isir kant mill-korijiet biex l-attrazzjoni tkun aktar interessanti.

Xeni bhal dawn il-vizitatur isibhom f’ambjent naturali ta’ gherien taht l-art u dawn isiru aktar interesanti u realistici bid-dwal u l-muzika. Ma’ dawn il-prezentazzjonijiet il-korijiet jkantaw l-istorja bibblika biex minnha jaghmlu esperjenza li wiehed ma jinsiex malajr.


TAHT IL-HAKMA RUMANA



IR-RGHAJJA TA' BETLEM