SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED
IT-TBERIK  TAL-BAMBINELLI


 
IL-PAPA FRANGISK DIEHEL GHALL-QUDDIESA


Hija tradizzjoni li l-Papa jbierek il-Bambini tal-presepji li t-tfal igorru maghhom ghall-udjenza ta’ l-Angelus, fit-tielet Hadd ta’ l-Avvent. Bosta familji flimkien ma’ uliedhom, katekisti u persuni li janimaw il-katekizmu minn diversi parrocci rumani jingabru fi pjazza San Pietru u herqana jistennew il-Papa jberkilhom il-Bambini wara li jkun qaddes. Din it-tradizzjoni hija maghrufa fost il-poplu taljan bhala “La Benedizione dei Bambinelli” jew it-“Tberik tal-Bambini.”

Ceremonja bhal din ilha ssir ghal dawn l-ahhar 40 sena. Ghalkemm huma l-familji tal-parrocci rumani li jiehdu sehem f’din ic-ceremonja, l-attivita’ hija miftuha ghal kulhadd u s-sena li ghaddiet, 2014 attendew ghaliha familji minn Caserta.

Minn ftit tas-snin lil hawn din it-tradizzjoni inferxet f’diversi djocesi taljani preseduti mill-isqof jew arcisqof tal-lokal.  Mis-sena 2013 din l-attivita’ nibtet ukoll f’xi parrocci ta’ l-Amerka b’serje ta’ inizjattivi mmexxija minn ghaqdiet u assoccjazzjonijiet kottolici u parrocci.

Diversi familji jkunu jistennew li jasal it-tielet Hadd ta’ l-Avvent imsejjah “Domenica Guadete” jigifieri “Hadd il-Ferh” biex jippartecipaw fic-ceremonja. Dawn huma xi whud mill-kummenti li esprimew dwar din l-attivita’ religjuza ma’ persuna li ntervistat lil xi whud minn dawk prezenti.


L-ewwel huwa talab l-idea tal-kbar li qalulu:


KUMMENT: Li tghallem lit-tfal il-valuri u l-aktar valur importanti hija il-fidi...

KUMMENT: Ghalina dan il-mument huwa mportanti ghaliex ihejjina ghall-festa tal-Milied u biex naghmlu esperjenza ta’ Knisja diversa.  Hekk t-tfal jistghu jaghrfu li Gesu’ anke jekk twieled gewwa stalla wahdu, imma mbaghad hafna u hafna mxew u jimxu warajh. Din hija esperjenza li nkunu nistennew kull sena.

 KUMMENT: Hija tradizzjoni taghna, propju taghna, ghat-tfal kollha.  Minhabba f’hekk dejjem lesti, nippreparaw ruhna u nqumu kmieni filghodu biex nattendu ghall-quddiesa gewwa San Pietru flimkien u ma’ dawk prezenti, anke ma dawk li ma humiex mill-parrocca taghna.  Hekk naqsmu il-ferh flimkien wara li nkunu assistejna l-Angelus tal-Papa u t-tberik tal-bambinelli taghna.

KUMMENT:  B’Gesu’ tidhol il-paci. Huwa hu l-bidu tal-paci, princep tal-veru ferh, il-ferh li jitwieled mill-imhabba. Dan jaghmlek ferhan f’kull sitwazzjoni tal-hajja.


Imbaghad l-intervistatur ghadda ghat-tfal:


Intervista:


M: X’jismek?

T: Cecilia

M: X’titlob lill-Bambin Gesu?

T: Hafna paci u sliem ghall-familja tieghi.

M: Inti thobbu lill-Papa Frangisk, titlob ghall-Papa Frangisk?

T: Iva, hafna.



M: U inti x’jismek?

T: Leonardo

M: Ghaliex gejt hawn illum?

T: Gejt hawn biex Papa Frangisk iberikli l-Bambin Gesu’.

M: X’titolbu lil Bambin Gesu’?

T: Li ommi tgawdi l-paci u t-trankwillita’ waqt ix-xoghol taghha.


M: U inti jismek...

T: Martina.

M: Martina, x’titlob inti lil Gesu’ Bambin?

T: Li jhares u jipprotegi lill-familja tieghi.


M: U inti Giacomo, x’titlob lil Gesu’ Bambin ghall-Papa Frangisk?

T:  Li jkun f’sahhtu ghal bosta snin.