SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED

KURZITAJIET FUQ IL-MILIED

 
Il-Milied beda jigi ccelebrat fil-25 ta' Dicembru bhala l-festa tat-Twelid ta' Gesu' mis-sena 440A.D. F'dan il-jum kulhadd joffri x-xewqat tajba lil ta' madwaru, lil qrabtu u lil hbiebu. Sahansitra anke il-mexxjja tal-pajjizi jaghmlu dan u joffru x-xewqat tajba taghhom lis-sudditi taghhom. Biex jaghmlu dan ikellmu lill-poplu min fuq ir-radju. Pero' mal-migja tat-televizjoni, bdew jinqedw b'din il-media biex iwasslu l-messagg taghhom lil nies ta'pajjizhom. Fost il-mexxejja tal-pajjizi, insibu lir-Regina ta' l-Ingilterra li ghal zmien il-Milied indirizzat per mezz tat-televizzjoni lis-sudditi taghha inglizi ghal ewwel darba fis-sena 1957. U biex nibqghu fuq it-tema ta' l-Ingilterra taf min jghid li dan il-pajjiz kellu biss seba' "White Christmas" matul l-ghoxrin seklu. Il-"White Christmas" huwa wiehed definit meta s-silg jinzel fuq is-saqaf tac-Centru tat-Temp ta' Londra." Kien biss fis-sena 1938 u 1976 li s-silg nizel fuq Londra fil-jum tal-Milied.

 Fis-sena 1647 il-Parliament Ingliz ghadda ligi li biha l-Milied kienet festa llegali. Oliver Cromwel mexxejj Puritan kien iqis ic-celebrazzjonijiet tal-Milied bhala hwejjeg immorali fil-jum li kien meqjus bhala sagru. Kull minn kien jinqabad jiccelebra l-Milied kien jigi arrestat. 13 il-sena wara jigifieri fis-sena 1660 meta l-Puritani tilfu l-poter, il-projbizzjoni giet imwarrba.

Waqt il-parties li jigu organizzati bil-gzuz ghal dawn iz-zminijiet, huwa komuni hafna il-"Christmas Crackers" li gew ivvintati minn Thomas Smith. Huwa mporta xi novitatijiet minn Franza biex ibieghhom bhala rigali ghall-Milied, izda ma kienux popolari. Gieh il-hsieb li biex ma jibqghulhux ma' wiccu igezwirhom u maghhom izid tifqija. Dwar l-ikel tal-Milied hemm hrafa tan-nisa tad-dar li tghid li l-hobz mahdum u msajjar lejliet il-Milied qatt ma jimmofa. Id-dundjan tal-Milied kien importat fi Franza mill-Gizwiti u ghadu maghruf b'xi djalett Franciz bhala "Jesuite." Il-"Christmas Pudding" ghal ewwel kienet tip ta' soppa maghmulha bl-imbid u passolina.

 Is-sigra tal-Milied bdiet tintrama' bid-dawl ta' l-elettriku wara tlett snin minn meta l-bozzoz ta' l-elettriku bdew jimbieghu fis-suq. Fis-sena 1895 Ralph Morris ivvinta mod kif dawn il-bozzoz ikunu kumnikat permezz ta' strixxa ta' wire bhala ma kienu d-dwal fuq il-boards tat-telephone. Ralph Morris kien telfonista Amerikan. Qabel il-migja ta' l-elettriku s-sigra tal-Milied kienet tinxtghel bid-dawl tax-xema u dan kien perikoluz hafna. Father Christmas ghandu zewgt indirizzi, wiehed gewwa Edinburgh u l-iehor fin-North Pole. Dawk l-ittri li huma ndirizzati lil "TOYLAND" jew "SNOWLAND" jmorru Edinburgh, imma l-ittri indirizzati ghan- "North Pole" jintbaghtu hemm ghaliex verament jezisti dak l-indirizz. Ic-criev ta' Father Christmas kollha ghandhom l-isem taghhom. Jisimghhom Dasher, Dancer, Prancer, Vixen, Comet, Cupid, Donner/Donder, Blitzen, and Rudolph. Tmienja minn dawn l-ismijiet huma mehuda mill-istorja ta' Clement C Moore " A visit from St Nicholas" filwaqt li d-disa' wiehed huwa mehdu mill-kanzunetta "Rudolph the Red-Nosed Reindeer".

 Fis-sena 1843 fuq talba ta' l-ingliz Sir Henry Cole, J.C. Horsley iddisinja kartolina biex tintbaghat fi zmien il-Milied. Inbieghu dak 1000 kopja gewwa Londra. Il-Pustiera gewwa l-Ingilterra Vittorjana kienu popolarment maghrufa bhala pitirossi ghaliex l-uniformi taghhom kienet hamra. Il-kartolini vittorjani hafna drabi kienu juru xbiha ta' pitiross jqassam il-posta. Fid-19 il-seklu, il-Posta Ingliza kienet tqassam il-kartolini fil-jum tal-Milied filghodu. L-ewwel bolla tal-Milied dehret fil-Kanada fis-sena 1898. Kien San Frangisk minn Assisi li introduca l-ghanjiet tal-Milied matul is-servizz liturgiku fil-knisja. L-ewwel strument li fuqu ndaqqet is-"Silent Night" kien il-gitarra. L-ghanja popolari tal-Milied "Jingle Bells" kienet ikkomponuta fis-sena 1857 minn James Pierpont u originarjament kien jisimha "One Horse Open Sleigh". Attwalment kienet miktuba ghal Jum ir-Ringrazzjament u mhux ghal Milied