SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED
KURZITAJIET FUQ L-IKEL TAL-MILIED

Huwa stmat li madwar 400,000 persuna jimirdu kull sena mill-fdalijet ta’ l-ikla tal-Milied.

Fiz-zminijiet l-imghoddija kemm is-sinjur kif ukoll il-fqir kienu jiehdu gost jieklu smid imsajjar bil-hwawar u jinghad li dan kien l-origini tal-Pudina tal-Milied. It-tradizzjoni li wiehed kien jahraq bi fjamma wicc il-pudina tal-Milied tmur lura lejn is-sena 1670 gewwa l-Ingilterra. Hija tradizzjoni Ingliza tal-Milied li jekk taghmel xewqa waqt li tkun qed thawwad l-ingredjenti tal-pudina tal-Milied fid-direzzjoni tal-mixi tal-minuturi ta’ l-arlogg ix-xewqa tieghek issehh.

 Il-konsun tal-mince pies fil-jiem tal-Milied jmur lura lejn is-16 il-seklu gewwa l-Ingilterra fejn hemm min ghadu jemmen li jekk tiekol mince pie kull jum ghat-Tnax-il jum qabel il-Milied, dan ikollu 12 il-xahar ta’ kuntentizza matul is-sena li tkun gejjja fuqu.

Ikla tradizzjonali tal-Milied fiz-zminijet bikrija gewwa l-Ingilterra kienet ras ta’ hanzir imsajra bil-mustarda, filwaqt li fiz-zminijiet tan-Nofs il-pagun hadlu postu. Kellu jghaddi bosta zmien biex id-dundjan isib ruhu fuq il-mejda.

Matul l-istagun tal-Milied id-dulciera jimmanifaturaw ‘l fuq minn 1.76 biljun bastun taz-zokkor ghall-konsuns.

Gewwa l-Armenja l-ikla tradizzjonali ta’ lejliet il-Milied tikkonsisti f’hut moqli, hass u spinaci. Din l-ikla generalment tkun konsmata wara s-servizz ta’ bil-lejl lejlet il-Milied bhala tifkira tac-cena li Marija kielet dak il-lejl qabel it-twelid ta’ Gesu’.



F’Ukraina jahmu l-hobz tradizzjonali tal-Milied imsejjah KOLACHE. Jinhadem f’forma ta’ cirku u tlett crieki ta’ hobz mohmi jitqieghdu fuq xulxin b’xema fic-centru fuq nett. Dawn jissimbolizzaw it-Trinta’ Mqaddsa.