SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED
L-AKBAR PRESEPJU FID-DINJA

 
L-istorja tal-Milied - mill-angli jaghtu l-ahbar tat-twelid tal-Messija lir-rghajja, ix-xena tat-twelid ta' Kristu u z-zjara tat-tlett slaten magi sal-harba lejn l-Egittu - hija murija permezz ta' 450 statwetti kollha libsin il-kostum orjentali fi sfond realistku ta' Betlem. Huwa l-akbar presepju fid-dinja u jinsab ghal-wiri gewwa Einsiedeln fl-Isvizzera. Maghruf bhala Diorama Bethlehem.

Dan il-presepju huwa mibni forma ta' nofs cirku b'450 figurin mqassma fuq xenarju tal-palstika ta' madwar 80 metru kwardu bi sfond impitter ta' aktar minn tletin metru. Dak li jara kull min imur izuru huwa riproduzzjoni realistika ta' l-inhawi ta' Betlem.

Ix-xenarju jibda' billi fuq in-naha tal-lemin hemm il-ghalqa tar-rghajja fejn l-angli ghamlu d-dehra taghhom lil dawn il-fqajrin ta' Betlem u habbrulhom it-twelid ta' Kristu.  Fil-boghod wiehed jista jilmah id-dezert ta' Guda u l-muntanji.    
Ir-rahal ckejken ta' Betlem jinsab bejn l-gholjiet li l-gnub taghhom huma mizghuda bl-gherien uzati mir-rghajja bhala kenn ta' emergenza. Kien f'wiehed minn dawn l-gherien li Guzeppi u Marija sabu l-kenn taghhom biex jitwieled il-Messija.  Skond leggenda it-Torri ta' David, muri bhala kastell imfarrak jidher wieqaf fuq l-ghar tat-twelid ta' Kristu.  Quddiem l-ghar hemm ir-rghajja li gew biex joffru l-qima taghhom lis-Salvatur tad-dinja.
     
Fuq in-naha tax-xellug wiehed jista jilmah il-wasla ta' Kaspar, Melchior u Balthasar l-Iswed riekeb ziemel abjad. It-tlett slaten Magi kollha libsin ilbies rikk ta' l-Orjent. Il-bnadar tal-harir qed iperpru mar-rih filwaqt li ilsir qed izomm f'idejh umbrella biex jipprovdi dell ghal wiehed mis-slaten.
   
Il-karovana waslet fi tmiem il-vjagg taghha u bdiet tikkampa. Il-qaddejja qed ihottu ir-rigali prezzjuzi taghhom u qaddej qed igib l-ilma biex il-bhejjem ikunu jistghu jixorbu. Fid-dell ta' xi palm in-nisa jdawru r-rota biex itellghu l-ilma ghat-tisqija ta' l-gheliqi fejn il-bidwi qed jaghzaq.