SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED

KIF TQATTA’ IL-MILIED IL-FAMILJA SLOVAKKA


Inzerajt kont Bratislavia, fis-Slovakkja, ghall-bidu ta’ Dicembru u fis-Suq tal-Milied iltaqjt ma koppja, Jan u Anna. b’zewgt itfal subien, wiehed ta’ 8 snin u l-iehor ta’ sitta. Bdiet niezla x-xita u dhalna nistkennu. Hadt gost nitkellem ma’ din il-familja. U l-kliem waqa’ fuq kif jghaddu l-Milied din il-familja. 

“Tissorprendik kemm hemm varjazzjonijiet ta’ kif wiehed jiccelebra l-Milied fis-Slovakkja. Kull famlja ghandha l-mod specjali kif ticcelebra l-Milied. Imma dak li hu komuni ghall-poplu kollu hu l-fatt li l-familja kollha tiltaqa’ fuq mejda wahda u jiddevertu flimkien f’din il-gurnata qaddisa,” qalli Jan. Kompla Jan,” Il-Milied fis-Slovakja tista tghid jibda’ minn zmien l-Avvent billi l-gheruq tal-poplu huma Kristjani. Pero’ jilhaq il-quccata tieghu bejn 24 u 26 ta’ Dicembru. Il-familja Slovakja iddum tlett ijiem ticcelebrah. Matul l-avvent isiru thejjijiet ta’ dekorazzjonijiet li jintuzaw aktar ‘l quddiem, jahdmu l-gingerbread u tipi ta’ ghagejjen ohra u jaghtu tindifa sew lil djarhom. Ma jonqosx li jekk bniedem ikun Kristjan, dan jersaq lejn il-qrar biex jilqa’ f’qalb safa lil Gesu’.  Kull party u festini ohra jigu postposti matul l-Avvent. Komun hafna hija l-Girlanda tal-Milied.”

Hawn jiena ghedtlu li ghalina l-Milied tibda’ thossu mill-bidu ta’ Novembru imma jilhaq il-quccata tieghu sa mill-bidu ta’ l-Avvent. “L-ibliet jilbsu t-tizjin tal-Milied u jigu organizati swieq ghal okazzjoni. Billi Dicembru hu zmien il-kesha,  il-mulled wine hija xarba li timxi hafna flimkien ma’ xi punc shun. Il-festi tal-Milied idumu tlett ijiem, mill-24 sas-26 ta’ Dicembru. Ir-rigali jinfethu fl-24, lejlet il-Milied wara l-pranzu .  It-tradizzjoni hawn fis-Slovakja hija li s-sigra tal-Milied tintrema’ fit-23 ta’ Dicembru. Hawn it-twemmin li r-rigali ma jigux mqassma minn Santa Klaus, izda mit-tarbija Gesu’ u iva t-tfal taghna qatt ma staqsew kif jista’ jkun li tarbija tqassam ir-rigali. Hija parti mill-Milied magiku taghna s-Slovakki,” temm Jan.

Hawn qabzet il-mara tieghu, Anna, u qalet: “Hallielek il-parti l-aktar centrali tal-festi u li fuqna n-nisa jaqa’ dan id-dmir. Hemm haga ohra li wiehed ma jinsiex jixtri fil-Milied. Il-Karpjun. Din hija l-huta tradizzjonali li titiekel f’dan il-jum ta’ festa. Hija tradizzjoni mhux xi obbligazzjoni. Infatti hafna huma l-familji li jieklu hut iehor. Dan iz-zmien is-swieq ikunu mimlij karpjuni hajjin fit-tankijiet biex meta wiehed jixtrihom, johodhom id-dar hajjin, jitfaghhom f’banju bl-ilma sabiex jibqghu hajjin sa lejlet il-Miled meta mbaghad jinqatlu biex jinqlew.  Tistghu tahsbu x’ghors ikollhom it-tfal bil-hut jghum fil-banju.”

“Sa minn kmieni tal-jum ta’ 24 ta’ Dicembru n-nisa tad-dar jibdew bit-thejjijiiet ta’ l-ikla principali tal-Milied li issir filghaxija lejlet il-festa. L-ewwel isajru s-soppa generalment tal-faqqiegh, kabocci jew ghads.  Il-membri tal-familja matul il-jum ma tantx jieklu halli jkunu jistghu igawdu l-pranzu. Issib xi familji li jistiednu lill-membri ohra tal-familji biex jippranzaw maghhom. L-ikla tal-Milied tibda’ bis-soppa, wara titkompla bil-karpjun jew hutu iehor u nslata tal- patata  bil-mayonnaise. Dan l-ikel isajruh darba biss fis-sena u ghalhekk wiehed ikun jistennieha din l-ikla mhux tas-soltu. 

Qabel l-ikla niehdu bhal wafers miksija bil-ghasel u hekk ikomplu b’ikel li jkun ppreparaw. Xi familji jpoggu platt zejjed fuq il-mejda biex jiftakru ghal xi mahbubin tal-familja li jkunu hallewhom. Ohrajn ipoggu muniti taht il-platti biex min isibhom jifhem li s-sena li tkun gejja fuqhom ser tkun wahda prospera. Dawn it-tradizzjonijiet kollha nharsuhom fil-familja biex uliedna jghadduhom lil uliedhom.”

Jan imbaghad kompla jghidli: “L-aktar anzjan fil-familja, wara l-pranzu jmur fil-kamra fejn ikun hemm is-Sigra tal-Milied armata. Idoqq qamiena u kulhadd jidhol biex jigbor ir-rigal tieghu.  Il-kumplament tal-lejl iqattghuh fil-kumpannija ta’ xulxin jew imorru l-quddiesa ta’ bil-lejl.”

Huwa xtaq ikun jaf fuq it-tradizzjonijiet taghna l-Maltin u wegibtu li l-ikla taghna tkun id-dundjan imsajjar u isir f’nofsinhar tal-jum tal-Milied, hafna ghandhom jattendu l-quddiesa ta’ billejl u xarba tradizzjonali shuna taghna hija l-imbuljuta. Deher interessat hafna f’din ix-xarba u weghdtu li nibghathielu bl-email ghax ir-ricetta ma kontx nafha bl-amment. 


“Fil-jum tal-Milied hija drawwa li jsiru zjarat lill-familji. Fil-villagg i t-tfal jilbsu ilbies tradizzjonali u jduru jkantaw u jixtiequ l-festi t-tajba lil kulhadd. Fis-26 ta’ Dicembru jsiru l-parties jew jispiccaw l-ikel li jkunu hejjew ghal lejlet il-Milied jekk ikun fadal. Isejhulhom St Stephen parties.”

Kienet diskursata interessanti ma’ din il-familja Slovakja. Hekk kif waqfet ix-xita sellimna  u xtaqna l-festi t-tajba lil xulxin u ma nfridtx minn maghhom qabel ergajt weghdtu li ser nibghatlu r-ricetta ta’ l-imbuljuta. Maghha baghtlu wkoll din tal-qagha ta’ l-ghasel.