SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED
L-UZANZA TAT-TLETT QUDDISIET
 
 L-origini tat-tlett quddisiet fil-Milied (il-quddiesa ta’ bil-Lejl, tas-Sebh u ta’ matul il-Jum) huwa incert.

Il-Milied hija festa liturgika li taqa’ fil-25 ta’ Dicembru u originat gewwa Ruma circa s-sena 330 u x’aktarx li kienet celebrata ghal ewwel darba fil-bazilka l-gdida ta’ San Pietru. Minn Ruma c-celebrazzjoni xterdet bil-mod il-mod lejn il-lvant u maz-zmien kienet inkorporata fil-kalendarju liturgiku tal-knejjes principali. Xi whud minn dawn il-knejjes kienu jiccelebraw it-twelid ta’ Kristu fis-6 ta’ Jannar u baqghu jaghtu aktar importanza lil din id-data anke wara li huma accettaw id-data tal-25 ta’ Dicembru bhala d-data li fih niccelebraw it-twelid tal-Messija.

Matul dan il-periodu l-knisja ta’ Gerusalemm stabbilit xi uzanzi.

Egeria, mara li ghamlet pellegrinagg twil lejn l-Art Imqaddsa mis-sena 381 – 384 tiddeskrivi li l-insara ta’ Gerusalemm kienu jikkomemoraw dan il-misteru fis-6 ta’ Jannar permezz ta’ velja gewwa Betlem; wara kienu jimxu processjonalment ghal Gerusalemm bit-torci f’idejhom meta kienu jasal mat-tbexbix ta’ l-ghodwa fil-knisja tar-Rizeruzzjoni.

Hamsin sena wara gewwa Ruma, Papa Sistu III (432 – 440) biex jonora il-proklamazzjoni tal-Maternita’ Divina ta’ Marija fil-Koncilju ta’ Efesu (431) bena bazilka maghrufa bhala Santa Marija Maggiore.

Fost l-elementi li dahhal f’din il-bazilka dahhal riproduzzjoni ta’ l-ghar ta’ Betlem. ( Wiehed jista’ jara r-relikwiji tal-maxtura li ghadhom sal-lum esposti f’dan il-lok, imma ma tqeghdux qabel is-seba’ seklu)

Sistu III probabilment spirat minn din l-uzanza tal-velja ta’ bil-lejl gewwa Betlem waqqaf ic-celebrazzjoni tal-quddiesa ta’ nofs il-lejl gewwa dan il-ghar kappella.

Gewwa Ruma diga kienet tezisit l-uzanza li meta kienet tahbat xi festa importanti, din kienet tigi kommemorata permezz ta’ zewg uffizzji ta’ talb distinti, wiehed mal-lejl u l-iehor mat-tbexbix ta’ l-ghodwa. Hija haga hafifa allura li wiehed jifhem li l-festa semplici li beda’ Sistu III gewwa Santa Marija Maggiore kibret fl-importanza taghha u svillupat.. L-ewwel svillup kien li l-eqdem uffizzju tal-Milied li kien kantat gewwa San Pietru beda’ ukoll jinzamm gewwa Santa Marija Maggiore.

Madwar is-sena 550 sehhew xi sviluppi ohra. Il-Papa u xi uhud mill-kurja ccelebraw it-tieni quddiesa qabel sebah fil-knisja ta’ Santa Anastasja. Fil-bidu dan sehh billi l-festa ta’ Santa Anastasja kienet tahbat ukoll fil-25 ta’ Dicembru u ma kellha xejn x’taqsam mal-Milied. Aktar tard probabilment ispirati bil-prattika tal-Quddiesa fi sbih il-jum li kienet tigi celebrata gewwa l-knisja tal-Qawmien mill-Imwiet f’Gerusalemm, ic-celebrazzjoni gewwa Ruma tat-tieni Quddiesa gewwa Ruma saret ir-regola ghall-Milied.

Wara din il-quddiesa kwazi privata, il-Papa kien imur direttament gewwa San Pietru fejn kienet tkun tistennieh folla kbira ghal uffizzju ta’ sebh il-jum tal-Milied. Din l-uzanza baqghet issir sa zmien il-Papa Girgor VII (li miet fis-sena 1085).

Fil-bidu dan il-privilegg tac-celebrazzjoni tat-tlett quddisiet kien riservat ghall-Papa. L-ewwel evidenza li ghandna li jkun sacerdot li jiccelebra tlett quddisiet insibuha fil-monasterju ta’ Cluny qabel is-sena 1156.

Kull sacerdot ghandu l-privilegg li jqaddes tlett quddies fil-Milied sakemm jirrispetta il-hin propji taghhom. L-ewwel quddiesa tkun dik ta’ nofs il-lejl, it-tieni wahda tkun fi sbih il-jum u t-tielet wahda tkun fi kwalunkwe hin tal-25 ta’ Dicembru. Il-quddiesa tal-vgili tal-Milied ma tghoddx bhala wahda mit-tlett quddisiet.