SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED
TIFSIRA TAS-SIMBOLI TAL-MILIED (1)
 
Il-Milied hija festa celebrata fil-pajjizi kollha tad-dinja; imma filwaqt li xi uhud jaghmlu dan bi spirtu nisrani, ohrajn nehhew l-idea ta’ Kristu (li wara kollox hija r-raguni li niccelebraw dan il-jum) u jaghmlu celebrazzjonijiet totalment pagani; ghax jekk tnehhi lil Kristu mill-Milied kollox jsir pagan. Hija celebrazzjoni mimlija simboli li hafna minnhom tilfu t-tifsira taghhom nisranija f’dinja sekulari.

I
L-GIRLANDA TA’ L-AVVENT: Fuq quddiem net insibu l-Girlanda ta’ l-Avvent.

Ghal aktar informazzjoni fuq il-Girlanda tal-Milied ikklikja fuq il-kelma l-Girlanda ta’ l-Avvent.


ANGLU: Ma jonqosx li hemm post merfugh fuq quddiem nett ghal l-angli. Dawn huma l-qaddejja ta’ Alla li fl-Iskrittura huma deskritti bhala l-messaggiera ta’ Alla u protteturi taghna. Kien l-anglu Gabirjiel li deher lil Marija Ssma u habbrilha li kellha tkun Omm Alla. L-anglu habbar lil Guzeppi u amarlu biex jahrab lejn l-Egittu biex Gesu’ ma jinqabadx fil- pjan xibka ta’ Erodi u jkun maqtul. Deher lir-rghajja jhabbrilhom it-twelid tal-Messija li l-poplu Lhud tant kien ilu jixtieq u jistenna. L-angli jissimbolizaw il-presenza ta’ Alla u jfakkruna li ahna ghandna nfahhruh u nobduh.

 IL-QNIEPEN: Il-qniepen kienu parti mill-libsa ta’ Qassis il-Kbir tal-Lhud . Kien Alla stess li ta’ dawn l-ordnijiet lil Mose’ : [28:31] ̋Agħmel ukoll il-libsa ta' l-efod kollha vjola. [28:32] F'nofsha tagħmlilha skullatura għar-ras. Agħmel tberfila minsuġa madwar il-fetħa, bħal skullatura ta' qmis biex ma tiċċarratx.[28:33]-keffa tagħha ddendel bħal rummien vjola, porpra u skarlatt, bi ġlieġel tad-deheb dawramejt.28:34] Ġolġol tad-deheb u rummiena, ġolġol tad-deheb u rummiena, mal-keffa tal-libsa, id-dawra kollha.[28:35] U jilbisha Aron kull meta jkun jagħmel is-servizz tiegħu; u l-ħoss tagħha jinstama' meta jidħol fis-santwarju quddiem il-Mulej, u meta joħrog; u hekk ma jmutx.Il-qniepen mhux biss ifakkruna fil-ferh tal-Milied imma wkoll li Kristu huwa il-Qassis il-Kbir Mhux biss ifakkruna fil-ferh tal-Milied imma wkoll li Gesu’ huwa l-Qassis il-Kbir, Profeta u Re li permezztieghu nersqu lejn il-Misier taghna tas-Sema.

 IC-CFUF TAL MILIED: Ic-cfuf tal-Milied jfakkruna fl- ghaqda li ghandha tezisti bejna il-bnedmin- l-ghaqda ta’ l-imhabba. Juruna li l-bnedmin kollha huma ahwa u ghandhom jghixu fil-paci flimkien. Ma ghandu jkun hemm ebda firda bejn bnedmin ta’ razzez differenti, kulur jew kredu. Ic-cfuf ikfakkruni fil-helsien ta’Rahab u l-familja taghha mill-qilla tal-Lhud meta dawn habtu ghal Jeriko. Iz-zewg spiji lhud talli tathom, kenn u helsithom mis-suldati tas-sultan,li kienu qed ifittxuhom tawha l-kelma li jekk hi torbot coff ahmar mat-tieqa hija u kull min ikun f’dik id-dar ikunu hielsa mill-qerda tal-belt. Ic-coff ahmar huwa simbolu tas-sagrificcju ta’ Kristu li salvana mit-telfien ta’ dejjem .

IL-GEMEL: Il-kelma gemel jew xbiha tieghu tassocjaha mill-ewwel mal-Magi jew Ghorrief mill-Lvant li gabu maghhom rigali biex joffruhom lil Gesu u jadurawh. L-igmla huma annimali ta’ ras iebsa, madanakollu Alla jinqeda’ bihom biex iressaq il-magi lejn Gesu’. Huma qdew ix-xoghol taghhom sewwa ghaliex is-sewwieqa taghhom kienu jafu kif jikkontrollawhom u jiggwidahom. Huma kemm huma ostili il-personalitajiet taghna, Alla jista’ juzana biex inressqu erwieh ohra lejh jekk nissottomettu ruhna lejn il-grazzja tieghu u nhallu ruhna nigu gwidati minn dawk li jafuh seww.

 IL-KARTOLINI TAL-MILIED: Il-kartolini tal-Milied kellhom l-origini taghhom meta t-tfal ta’ l-iskola bdew ipingu x-xewqat tajba tal-Milied lill-genituri taghhom. Fis-sena 1843 id-direttur tal-Musew Victoria u Albert ta’ Londra ikkummissjona artist biex johloq l-ewwel kartolina tal-Milied b’mod professjonali halli jkun jista’ jibghatha lil shabu. U hekk din l-uzanza xterdet madwar il-pajjizi kollha tad-dinja u ghadha hekk sal-lum ghalkemm l-email bil-mod il-mod qed johdilha postha, imma ma nahsibx li jeqridha. Il-Karolini tal-Milied ghandhom iservu bhala testi qosra tal-vangelu li jfakkru kemm lil dak li jibghathom kif ukoll minn jircevihom li Kristu s-salvatur tal-bnedmin twieled ghalina gewwa Betlem u jaghmel x’jaghmel il-bniedem biex ihassar it-tifkira tal-messagg ta’ Alla, dan qatt ma jsehhlu ghal kollox. Il-kartolini jfakkruna li ahna ghandna nkunu l-messagiera li nixhdu ghal-imhabba ta’ Kristu.

 L-INNIJIET TAL-MILIED: L-Innijiet tal-Milied ifakkruna fil-kant ta’ l-angli li habbar it-twelid ta’ Kristu : Glorja lil Alla fil-gholi tas-smewwiet u paci fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba. Il-kant kien parti mill-qima li l-bniedem jaghti lil Alla. Miriam oht Mose’ ikkomponiet innu ta’ tifhir u kantatu meta Alla heles lill-Lhud mill-Egizzjani. David kanta u zifen quddiem l-Arka, simbolu tal-presenza ta’ Alla meta giet salvata minn taht idejn il-Filistej. Ikkompona salmi li ghadhom jitkantaw sal-lum. Kemm hu xierqa u sewwa li nkantaw inni ta’ ferh u glorja ghat-twelid ta’ Kristu.